Eżenzjoni mill-VAT: importazzjoni finali tal-oġġetti

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 2009/132/KE li tiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2006/112/KE dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni finali ta’ ċerti oġġetti

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Din tiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżenzjonijiet mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u r-regoli għall-implimentazzjoni tagħhom imsemmija fid-Direttiva 2006/112/KE (is-sistema komuni tal-UE tat-taxxa fuq il-valur miżjud).

PUNTI EWLENIN

L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE) jeħtiġilhom jagħtu eżenzjonijiet mill-VAT fuq l-importazzjoni finali ta’ ċerti oġġetti taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti minnhom sabiex jipprevjenu kwalunkwe distorsjoni fil-kompetizzjoni jew evażjoni tat-taxxa.

Eżenzjoni mill-VAT fuq l-importazzjoni tista’ tingħata għal:

Din id-Direttiva ma tipprevjenix lill-Istati Membri milli jżommu ftehimiet konklużi ma’ pajjiżi mhux tal-UE li jipprevedu eżenzjonijiet speċjali.

Għal uħud minn dawn il-kategoriji, ċerti oġġetti huma esklużi mill-eżenzjoni, b’mod partikolari l-alkoħol u l-prodotti tat-tabakk.

Importazzjonijiet ta’ valur negliġibbli

Id-Direttiva Emendatorja (UE) 2017/2455 ħassret it-Titolu IV tad-Direttiva 2009/132/KE rigward l-importazzjonijiet ta’ valur negliġibbli, bl-eliminazzjoni tal-eżenzjoni mill-VAT għal kunsinni żgħar (valur massimu ta’ EUR 22) mill-.

Pandemija tal-COVID-19 — eżenzjoni mill-VAT u mid-dazji tal-importazzjoni

Eżenzjoni mill-VAT u d-dazji tal-importazzjoni għal persuni li qed jaħarbu mill-gwerra ta’ aggressjoni Russa fl-Ukrajna u n-nies fil-bżonn fl-Ukrajna

F’Lulju 2022, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1108 ġiet adottata biex tirreaġixxi għat-talbiet minn xi Stati Membri għall-eżenzjoni mill-VAT u l-eżenzjoni mid-dazji tal-importazzjoni biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet primarji tal-persuni li qed jaħarbu mill-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna u joffrulhom biżżejjed għajnuna umanitarja (kenn temporanju ta’ emerġenza, oġġetti ta’ akkomodazzjoni, mediċini u oġġetti mediċi, tagħmir li għandu jintuża għall-ġestjoni u l-forniment tal-ikel). Din id-deċiżjoni applikat sal-.

Fis-, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/829 ġiet adottata biex tagħti eżenzjoni ulterjuri mid-dazji tal-importazzjoni u l-eżenzjoni mill-VAT fir-rigward tal-importazzjonijiet minn, jew f’isem, organizzazzjonijiet tal-Istat, u organizzazzjonijiet tal-karità jew filantropiċi approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jagħmlu talba (l-Estonja, Franza, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja). Id-deċiżjoni applikat mill- sal-.

MINN META JAPPLIKAW IR-REGOLI?

Id-Direttiva 2009/132/KE kkodifikat u ssostitwiet id-Direttiva 83/181/KEE u l-emendi sussegwenti tagħha. Id-Direttiva oriġinali 83/181/KEE kellha tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali sal-1984.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT PRINĊIPALI

Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/132/KE li tiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 143(b) u (c) tad-Direttiva 2006/112/KE dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni finali ta’ ċerti oġġetti (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 292, , pp. 5–30).

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2009/132/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament