Il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas u r-responsabbiltà ambjentali

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 2004/35/KE dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Hija tistabbilixxi regoli bbażati fuq il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas. Dan ifisser li kumpanija li tikkawża danni ambjentali hija responsabbli għal dan id-dannu u għandha tieħu l-azzjoni preventiva jew ta’ rimedju neċessarja u ġġarrab l-ispejjeż relatati kollha.

PUNTI EWLENIN

Id-direttiva tiddefinixxi dannu ambjentali bħala:

Id-definizzjoni tinkludi r-rilaxx ta’ sustanzi li jniġġsu fl-arja (minħabba li dan jaffettwa l-kundizzjonijiet tal-art jew tal-ilma), l-ilma intern tal-wiċċ u l-ilma li jinsab taħt l-art, u kwalunkwe rilaxx apposta fl-ambjent ta’ organiżmi ġenetikament modifikati, kif definit mid-Direttiva 2001/18/KE.

Ambitu

Hemm żewġ xenarji fejn isseħħ responsabbiltà:

  1. Danni ambjentali kkawżati minn kwalunkwe waħda mill-attivitajiet elenkati fl-Anness III tad-Direttiva, bħal:
    • industriji tal-enerġija
    • il-produzzjoni u l-ipproċessar ta’ metalli
    • industriji tal-minerali
    • industriji tal-kimika
    • ġestjoni tal-iskart
    • produzzjoni ta’ polpa, ta’ karta u bords fuq skala kbira, żebgħa ta’ tessuti u konzeriji
    • produzzjoni ta’ laħam, ħalib u ikel fuq skala kbira.
  2. Danni ambjentali lil speċi protetti u ħabitats naturali (jew it-theddida imminenti tagħhom) ikkawżati minn attivitajiet okkupazzjonali għajr dawk elenkati fl-Anness III, u jekk il-kumpanija tkun naqset jew hija negliġenti.

Eċċezzjonijiet

L-eċċezzjonijiet jinkludu l-kunflitt armat, diżastru naturali, responsabbiltà għal tipi ta’ danni ambjentali koperti minn ċerti konvenzjonijiet internazzjonali (eż. tniġġis tal-baħar), u riskji nukleari, li huma koperti mit-Trattat Euratom.

Azzjonijiet ta’ prevenzjoni u ta’ rimedju

Il-kumpanija għandha tħallas għal azzjonijiet preventivi u ta’ rimedju, għajr f’ċerti sitwazzjonijiet, eż. jekk id-dannu jkun seħħħ minn parti terza minkejja l-miżuri ta’ sigurtà adegwati, jew li jirriżultaw minn konformità ma’ struzzjoni uffiċjali.

Implimentazzjoni

Regolament ta’ Emenda (UE) 2019/1010

Id-direttiva ġiet emendata fl-2019 bir-Regolament (UE) 2019/1010 li jallinja u jirrazzjonalizza l-obbligi ta’ rappurtar fil-qasam tal-leġiżlazzjoni ambjentali. Ir-regoli l-ġodda introdotti, li ilhom japplikaw mis-, huma kif ġej.

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Ilha tapplika mit- u kellha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE sat-.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT PRINĊIPALI

Id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU L 143, , p. 56-75)

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2004/35/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija għal raġunijiet ta’ informazzjoni biss

l-aħħar aġġornament