Permezz tad-Deċiżjoni 95/308/KE, il-Komunità Ewropea (issa l-UE) tingħaqad mal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni u l-użu tal-kanali tal-ilma li jaqsmu l-fruntieri1 u l-għadajjar internazzjonali (Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti — Konvenzjoni UNECE dwar l-Ilma).
Din hija magħrufa bħala l-Konvenzjoni ta’ Ħelsinki, peress li ġiet iffirmata hemmhekk fl-1992.
Il-konvenzjoni daħlet fis-seħħ fis-.
Ħafna mill-problemi ambjentali jaqsmu l-fruntieri nazzjonali u jista’ jkollhom natura globali wkoll. Dan huwa għaliex it-Trattat ta’ Lisbona (Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) tagħti l-kompitu lill-UE tal-promozzjoni ta’ miżuri internazzjonali sabiex jiġu indirizzati problemi ambjentali reġjonali jew dinjin.
L-UE hija kompetenti biex tinnegozja u tiffirma ftehimiet ambjentali internazzjonali. Hija għamlet dan f’ħafna oqsma, kemm jekk taħt il-patroċinju tan-Nazzjonijiet Uniti kif ukoll fil-livell reġjonali jew sub-reġjonali. Hija rratifikat 6 konvenzjonijiet li jittrattaw l-ilma.
Għal aktar informazzjoni ara:
Deċiżjoni tal-Kunsill 95/308/KE tal- dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità, tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni u l-użu tal-kanali tal-ilma li jaqsmu l-fruntieri u l-għadajjar internazzjonali (ĠU L 186, , pp. 42-58)
Konvenzjoni dwar il-protezzjoni u l-użu tal-kanali tal-ilma li jaqsmu l-fruntieri u tal-għadajjar internazzjonali (ĠU L 186, , pp. 44-58)
Emendi suċċessivi għall-Konvenzjoni ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għanda valur dokumentarju biss.
l-aħħar aġġornament