L-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali

SOMMARJU TA’:

Direttiva 2004/48/KE — l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali

X’INHU L-GĦAN TA’ DIN ID-DIRETTIVA?

Din id-direttiva tipprovdi sett minimu ta’ miżuri, proċeduri u rimedji li jippermettu infurzar ċivili effettiv tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (IPR) madwar l-UE, u tiżgura livell standardizzat ta’ protezzjoni fis-suq intern kollu.

Fl-2017, il-Kummissjoni Ewropea adottat pakkett ta’ miżuri biex tkompli ttejjeb l-applikazzjoni u l-infurzar tad-IPR u l-ġlieda kontra l-iffalsifikar u l-piraterija. B’mod partikolari, ippubblikat Komunikazzjoni ta’ Gwida li tiċċara r-regoli stabbiliti f’din id-direttiva fejn kien hemm interpretazzjonijiet differenti fil-pajjiżi tal-UE. Il-miżuri jsegwu pjan ta’ azzjoni b’10 punti għall-infurzar tal-IPR fl-UE stabbilit mill-Kummissjoni fl-2014.

PUNTI EWLENIN

Objettivi

L-għan ewlieni tad-direttiva huwa li jiġi żgurat li l-istess għodod ikunu disponibbli madwar l-UE għall-ħallieqa u l-innovaturi biex ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tagħhom. Madankollu, minbarra l-indirizzar tal-iffalsifikar u l-piraterija, tgħin ukoll biex jintlaħqu għanijiet oħrajn li jinkludu:

Kamp ta’ applikazzjoni

Id-direttiva tapplika għal kwalunkwe ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali previst mil-liġi tal-UE u/jew mil-liġi nazzjonali tal-pajjiż tal-UE kkonċernat.

Din id-direttiva ma taffettwax:

Obbligu ġenerali

Applikazzjoni għall-protezzjoni

Talba biex jiġu applikati miżuri ta’ protezzjoni tal-proprjetà intellettwali tista’ tiġi sottomessa minn:

Dritt ta’ informazzjoni

Fuq it-talba tal-pretendent, qorti tista’ tordna li l-informazzjoni tiġi pprovduta fuq l-oriġini tal-prodotti jew servizzi li huma maħsuba li jiksru IPR u fuq in-netwerks għad-distribuzzjoni jew il-forniment tagħhom, minn min jagħmel il-ksur jew minn kwalunkwe persuna oħra, jekk dik il-persuna:

Regoli dwar il-kisba u l-preservazzjoni tal-evidenza

Fuq talba tal-applikant, qorti tista’ tordna lill-parti li qed topponi biex tippreżenta evidenza li tinsab fil-kontroll tagħha, soġġetta għall-protezzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali. Il-qorti tista’ wkoll toħroġ miżuri li jippermettu li tinżamm evidenza rilevanti fir-rigward tal-allegat ksur.

Miżuri provviżorji u ta’ prekawzjoni

Fuq talba tal-applikant, qorti tista’ toħroġ mandat interlokutorju1 maħsuba biex:

F’ċerti każijiet, l-awtoritajiet ġudizzjarji jistgħu jawtorizzaw is-sekwestru prekawzjonarju tal-proprjetà mobbli u immobbli tal-allegat persuna li wettqet il-ksur, inkluż l-imblukkar tal-kontijiet bankarji tiegħu/tagħha u assi oħra.

Miżuri li jirriżultaw minn deċiżjoni dwar il-każ

Fuq it-talba tal-applikant, qorti tista’ tordna miżuri korrettivi li jippermettu l-irtirar jew it-tneħħija tal-oġġetti li jikkontravjenu mis-suq jew il-qerda tagħhom.

Qorti tista’ wkoll toħroġ mandat permanenti li jipprevjeni l-ksur milli jkompli jew jagħti d-danni lill-parti danneġġjata.

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Ilha tapplika mill- u kellha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE sad-.

SFOND

TERMINI EWLENIN

  1. Mandat interlokutorju: magħruf ukoll bħala mandati interim, dawn huma ordnijiet tal-qorti temporanji li jeħtieġu jew jipprevjenu parti milli tagħmel ċerti atti sakemm tingħata deċiżjoni finali dwar il-każ.

DOKUMENT EWLIENI

Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 157, , pp. 45-86)

l-aħħar aġġornament