Id-dritt tal-bejgħ mill-ġdid għall-benefiċċju tal-awtur ta’ xogħol oriġinali tal-arti
SOMMARJU TA’:
X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?
Din għandha l-għan li tintroduċi dritt tal-bejgħ mill-ġdid* obbligatorju għall-benefiċċju ta’ awturi ta’ xogħlijiet tal-arti oriġinali madwar l-UE.
PUNTI EWLENIN
Xogħlijiet tal-arti li magħhom jirrelata d-dritt tal-bejgħ mill-ġdid
Sakemm ix-xogħlijiet tal-arti jkunu magħmula mill-artist jew sakemm ikunu kopji li minnhom sar biss numru limitat li huma meqjusa bħala xogħlijiet tal-arti oriġinali skont l-użu professjonali (produzzjonijiet limitati jew xogħlijiet iffirmati, pereżempju), id-dritt tal-bejgħ mill-ġdid japplikka għal xogħlijiet bħal:
Id-dritt tal-bejgħ mill-ġdid ma japplikax għal manuskritti oriġinali ta’ kittieba jew kompożituri.
Materja tad-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid
It-terminu tal-protezzjoni tad-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid
It-terminu tal-protezzjoni huwa stabbilit mid-Direttiva 2006/116/KE li tarmonizza t-terminu tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u ċerti drittijiet relatati u jdum għal perjodu ta’ 70 sena wara l-mewt tal-awtur.
Il-kalkolu tad-dritt tal-bejgħ mill-ġdid
Benefiċjarji
Id-dritt għall-ksib tal-informazzjoni
Għal perjodu ta’ 3 snin wara l-bejgħ mill-ġdid, il-persuni intitolati li jirċievu royalties għandhom id-dritt li jitolbu minn kwalunkwe professjonist ta’ suq tal-arti kwalunkwe informazzjoni li tista’ tkun neċessarja biex jiġi ggarantit il-ħlas tar-royalties mill-bejgħ mill-ġdid.
Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-direttiva u l-prinċipji u rakkomandazzjonijiet ewlenin
Fl-2011, il-Kummissjoni Ewropea adottat rapport dwar l-implimentazzjoni tad-direttiva. Dan ippropona li jiġi stabbilit djalogu mal-partijiet ikkonċernati (inklużi organizzazzjonijiet tal-ġestjoni tal-ġbir tad-drittijiet, awturi u professjonisti tas-suq tal-arti bħal negozjanti tal-arti, galleriji, irkantaturi) bil-kompitu li jagħtu rakkomandazzjonijiet dwar kif tista’ tittejjeb is-sistema tal-ġbir tad-drittijiet tal-bejgħ mill-ġdid u d-distribuzzjoni fl-UE. Fl-2014, ir-rappreżentanti ta’ dawn l-organizzazzjonijiet iffirmaw għall-“Prinċipji u Rakkomandazzjonijiet Ewlenin dwar il-ġestjoni tad-Dritt ta’ Bejgħ mill-Ġdid għall-Awtur”.
MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?
SFOND
Għalkemm il-Konvenzjoni ta’ Berna għall-Protezzjoni ta’ Xogħlijiet Letterarji u Artisitiċi tagħti lill-awtur ta’ xogħol ta’ arti oriġinali d-dritt li jinbiegħ mill-ġdid, dan mhuwiex vinkolanti, li jfisser li ċerti pajjiżi tal-UE ma japplikawhx. B’riżultat ta’ dan, hemm ostakli għas-suq intern u distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fi ħdanu, kif ukoll nuqqas ta’ protezzjoni għall-awturi ta’ xogħlijiet artistiċi oriġinali.
TERMINI EWLENIN
DOKUMENT EWLIENI
Id-Direttiva 2001/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2001 dwar id-dritt tal-bejgħ mill-ġdid għall-benefiċċju tal-awtur ta’ xogħol oriġinali tal-arti (ĠU L 272, 13.10.2001, pp. 32-36)
DOKUMENTI RELATATI
Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: Rapport dwar l-Implimentazzjoni u l-Effett tad-Direttiva dwar id-Dritt tal-Bejgħ mill-Ġdid (2001/84/KE) (COM(2011) 878 final, 14.12.2011)
Id-Direttiva 2006/116/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar il-perjodu ta’ protezzjoni ta’ drittijiet tal-awtur u ta’ ċerti drittijiet relatati (verżjoni kodifikata) (ĠU L 372, 27.12.2006, pp. 12-18)
L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2006/116/KE ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.
l-aħħar aġġornament 11.01.2019