L-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja (arbitraġġ)

SOMMARJU TA’:

Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja — aġġustament tal-qligħ ta’ intrapriżi assoċjati

X’INHU L-GĦAN TAL-KONVENZJONI?

Din il-konvenzjoni intergovernattiva, magħrufa wkoll bħala l-konvenzjoni dwar l-arbitaġġ, tintroduċi proċedura għall-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja f’sitwazzjonijiet speċifiċi. Pereżempju, fejn fergħat ta’ kumpaniji multinazzjonali (kumpaniji assoċjati) li huma bbażati f’pajjiżi differenti tal-UE huma ntaxxati minn aktar minn pajjiż wieħed tal-UE bħala riżultat ta’ aġġustament ’il fuq fil-profitti tagħhom f’pajjiż ieħor tal-UE.

PUNTI EWLENIN

Meta jirriżulta każ ta’ tassazzjoni doppja, il-kumpanija affettwata tista’ tippreżenta l-każ tagħha lill-awtoritajiet tat-taxxa kkonċernati; jekk dawk l-awtoritajiet ma jistgħux isolvu l-problema b’mod sodisfaċenti, huma jfittxu li jilħqu ftehim reċiproku mal-awtoritajiet tal-pajjiż tal-UE fejn id-ditta assoċjata hija intaxxata.

Jekk l-awtoritajiet fiż-żewġ pajjiżi tal-UE ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim, huma jippreżentaw il-każ lil kummissjoni konsultattiva, li tissuġġerixxi mod kif tinstab soluzzjoni għat-tilwima.

Għalkemm l-awtoritajiet tat-taxxa jistgħu sussegwentement jadottaw, bi ftehim reċiproku, soluzzjoni li hija differenti minn dik issuġġerita mill-kummissjoni konsultattiva, huma obbligati li jadottaw il-parir tal-kummissjoni jekk ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim. Il-kummissjoni hija magħmula minn president, żewġ rappreżentanti minn kull waħda mill-awtoritajiet tat-taxxa kkonċernati, u numru ugwali ta’ membri indipendenti.

Il-konvenzjoni ġiet iffirmata fit- u daħlet fis-seħħ mill- sal- (għal perjodu ta’ ħames snin). Fil-, il-Kunsill adotta protokoll li jemenda l-konvenzjoni; u jestendiha għal perjodi ulterjuri ta’ ħames snin kull darba.

Kodiċi tal-Kondotta

Kodiċi ta’ kondotta għall-implimentazzjoni effettiva tal-konvenzjoni ġtfassal mill-Forum Konġunt tal-UE dwar il-Prezzijiet ta’ Trasferiment (JTPF) u adottat fl-2006. Il-JTPF, li kien stabbilit fl-2002, jassisti u jagħti pariri lill-Kummissjoni Ewropea dwar kwistjonijiet dwar il-prezzijiet ta’ trasferiment1. Kodiċi ta’ kondotta rivedut ġie adottat fl-2009. Il-kodiċi ta’ kondotta jikkjarifika aspetti li jinkludu:

Estensjoni tal-konvenzjoni għal pajjiżi ġodda tal-UE

Ftit ftit, peress li aktar u aktar pajjiżi saru membri tal-UE, il-konvenzjoni ġiet estiża lilhom permezz tal-istrumenti legali li ġejjin:

Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/1852

F’Ottubru 2017, il-Kunsill adotta d-Direttiva (UE) 2017/1852 dwar mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim fiskali fl-UE li jibni fuq il-konvenzjoni dwar l-arbitraġġ. L-iskop tad-direttiva huwa usa’ minn dak tal-konvenzjoni u se japplika għall-kontribwenti kollha soġġetti għal taxxi fuq id-dħul u l-kapital koperti mit-trattati bilaterali dwar it-taxxa u l-konvenzjoni dwar l-arbitraġġ. Maż-żmien, l-użu tal-konvenzjoni dwar l-arbitraġġ jista’ jonqos, minħabba l-vantaġġi tad-direttiva li titlob li titneħħa t-taxxa doppja.

MINN META TAPPLIKA L-KONVENZJONI?

Din ilha tapplika mill-.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

  1. Il-prezzijiet ta’ trasferiment: prezz, użat għal skopijiet ta’ żamma tal-kotba, li jivvaluta tranżazzjonijiet bejn kumpaniji affiljati li jaqgħu taħt l-istess maniġment f’livelli artifiċjalment għoljin jew baxxi sabiex isir ħlas ta’ dħul mhux speċifikat jew trasferiment ta’ kapital bejn dawk il-kumpaniji.

DOKUMENT EWLIENI

Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja in konnessjoni mal-aġġustament tal-qligħ ta’ intrapriżi assoċjati (ĠU L 225, , pp. 10-24)

Emendi suċċessivi għall-konvenzjoni ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija biss għal skopijiet ta’ referenza.

l-aħħar aġġornament