Ftehim tat-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti
Il-ftehim isaħħaħ ukoll il-kooperazzjoni bejn iż-żewġ partijiet fl-oqsma li ġejjin.
Il-ftehim kien jinkludi wkoll pjan direzzjonali ċar li jistipula lista mhux eżawrjenti ta’ “punti ta’ interess prijoritarju” għan-negozjar ta’ ftehim tat-tieni stadju.
Aktar negozjati bejn l-UE u l-Istati Uniti tnedew fl-2008 u rriżultaw fl-iffirmar ta’ ftehim fit-tieni stadju fl-2010. Dan il-protokoll jibni fuq l-ewwel ftehim u jkopri investimenti addizzjonali u opportunitajiet ta’ aċċess għas-suq. Huwa jsaħħaħ ukoll il-qafas għall-kooperazzjoni f’oqsma regolatorji bħas-sikurezza, is-sigurtà, l-aspetti soċjali u, b’mod partikolari, l-ambjent, fejn iż-żewġ naħat ftiehmu fuq dikjarazzjoni konġunta ddedikata.
In-Norveġja u l-Iżlanda ssieħbu fil-Ftehim fl-2011.
Il-Ftehim daħal fis-seħħ fid-. Madankollu, dan ilu japplika b’mod provviżorju mit- (l-Artikolu 25 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru). Il-protokoll li emenda l-Ftehim tat-Trasport bl-Ajru daħal fis-seħħ fil-.
Il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru (ĠU L 134, , pp. 4–41).
L-emendi suċċessivi għall-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Id-Deċiżjoni 2007/339/KE tal-Kunsill u tar-rRappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fil-Kunsill, tal- dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati Uniti tal-Amerika, min-naħa l-oħra (ĠU L 134, , pp. 1–3).
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1110 tat- dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati Uniti tal-Amerika, min-naħa l-oħra (ĠU L 244, , pp. 6–7).