Applikazzjoni ta’ ċerti regoli ta’ kompetizzjoni tal-UE għal prodotti agrikoli

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (KE) Nru 1184/2006 li japplika ċerti regoli ta’ kompetizzjoni għall-produzzjoni ta’, u l-kummerċ fi, prodotti agrikoli

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Ir-regolament jistipula r-regoli fir-rigward tal-applikabbiltà tal-Artikoli 101 sa 106 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) (li qabel kienu l-Artikoli 81 sa 86 tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea) - ir-regoli ta’ kompetizzjoni - għas-settur agrikolu.

PUNTI EWLENIN

Ir-Regolament jistabbilixxi li l-Artikoli 101(1) u 102 TFUE japplikaw fil-qasam tal-produzzjoni ta’, jew il-kummerċ fi, prodotti agrikoli, barra mill-prodotti koperti mir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli u r-Regolament (UE) Nru 1379/2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura.

Dan jippermetti żewġ eċċezzjonijiet għar-regoli ġenerali. Dawn huma:

Il-Kummissjoni Ewropea biss għandha s-setgħa, soġġetta għal reviżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzjoni tal-UE, li tiddetermina, permezz ta’ deċiżjoni li għandha tiġi ppubblikata, liema ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki jissodisfaw il-kondizzjonijiet.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu japplika mill-24 ta’ Awwissu 2006.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 tal- li japplika ċerti regoli ta’ kompetizzjoni għall-produzzjoni ta’, u l-kummerċ fi, prodotti agrikoli (Verżjoni Kkodifikata) (ĠU L 214, , pp. 7-9)

Emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1184/2006 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija ta’ valur biss għal finijiet ta’ dokumentazzjoni.

l-aħħar aġġornament