Sigurtà marittima: livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara

 

SOMMARJU TA’:

Direttiva 2008/106/KE dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

PUNTI EWLENIN

Kamp ta’ applikazzjoni

Din id-Direttiva tapplika għall-baħħara li jagħtu servizz fuq vapuri ta’ tbaħħir li jtajru l-bandiera ta’ pajjiż tal-UE, bl-eċċezzjoni ta’:

Taħriġ

Id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli dwar it-taħriġ u l-istandards ta’ kompetenza li għandhom jintlaħqu mill-baħħara li huma kandidati għall-ħruġ jew għall-validazzjoni mill-ġdid taċ-ċertifikati li jippermettulhom iwettqu l-funzjonijiet li għalihom jinħareġ iċ-ċertifikat ta’ kompetenza jew ta’ profiċjenza rilevanti.

Il-kategoriji tal-baħħara li għalihom japplikaw dawn ir-regoli huma:

Għal ċerti kategoriji ta’ bastimenti, bħat-tankers u l-vapuri tal-passiġġieri ro-ro, hemm regoli speċjali u rekwiżiti minimi mandatorji rigward it-taħriġ u l-kwalifiki tal-baħħara tagħhom. Id-Direttiva tistabbilixxi wkoll regoli dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ fil-ġestjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, ta’ tifi tan-nar u tal-provvista ta’ għajnuna medika, kif ukoll għall-membri tal-ekwipaġġ responsabbli għas-servizzi tal-catering.

Ċertifikati ta’ kompetenza, ċertifikati ta’ profiċjenza u approvazzjonijiet

Iċ-ċertifikati għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi tal-UE lid-detenturi ta’ permess biex jagħtu servizz kif stabbilit fid-dokument jew kif awtorizzat mir-regolamenti nazzjonali. Dawn id-dokumenti jinħarġu lill-kandidati li jissodisfaw l-istandards nazzjonali għas-saħħa fiżika (b’mod partikolari dwar il-vista u s-smigħ) u li jipprovdu prova sodisfaċenti ta’ identità, età, servizz fuq il-baħar u ħiliet (kapaċità, xogħol u livell).

Il-pajjiżi tal-UE jistgħu joħorġu ċertifikati separati għall-operaturi tar-radju.

Id-detenturi taċ-ċertifikati huma meħtieġa jagħtu prova, f’intervalli regolari, li huma għadhom jissodisfaw l-istandards għall-ħiliet u l-kompetenza professjonali.

L-approvazzjonijiet jistgħu jiġu inklużi fiċ-ċertifikati jew jistgħu jinħarġu b’mod separat. Iċ-ċertifikati jistgħu jużaw il-format li jinsab fil-Kodiċi STCW (Taqsima A-I/2) jew jistgħu jitilqu minnu (f’liema każ huma għandhom, bħala minimu, jinkludu l-informazzjoni meħtieġa fil-format). Kwalunkwe baħħar abbord għandu jkun kapaċi jipprovdi l-kopja oriġinali taċ-ċertifikat tiegħu. Il-pajjiżi tal-UE għandhom japplikaw ukoll il-miżuri neċessarji biex jipprevjenu u jippenalizzaw il-frodi u prattiki illegali oħra fil-proċedura ta’ ċertifikazzjoni.

Id-Direttiva emendatorja 2012/35/UE introduċiet rekwiżit għall-pajjiżi tal-UE biex:

Pieni u miżuri dixxiplinarji

Il-pajjiżi tal-UE għandhom jistabbilixxu l-proċessi u l-proċeduri meħtieġa biex iwettqu investigazzjoni imparzjali f’każijiet ta’ inkompetenza, atti jew ommissjonijiet li jistgħu jkunu ta’ theddida diretta għas-sigurtà tal-ħajja tal-bniedem, għas-sigurtà tal-merkanzija fuq il-baħar jew għall-ambjent tal-baħar. Il-pieni jew il-miżuri dixxiplinarji għandhom jiġu previsti u applikati meta:

Monitoraġġ u evalwazzjoni tat-taħriġ

Il-pajjiżi tal-UE għandhom jiżguraw li:

Perjodi ta’ mistrieħ għall-persunal tal-għassa

Sabiex tiġi evitata l-għeja fost il-persunal tal-għassa, li ta’ spiss tkun il-kawża tal-inċidenti fuq il-baħar, hemm regoli dwar perjodi minimi ta’ mistrieħ.

Dawk kollha li jkunu mogħtija xogħol bħala uffiċjal li jieħu ħsieb l-għassa, jew bħala baħri li jagħmel parti minn għassa, għandu jkollhom mill-inqas 10 sigħat ta’ mistrieħ f’kull perjodu ta’ 24 siegħa. Dawn jistgħu jinqasmu f’mhux aktar minn żewġ perjodi, li wieħed minnhom irid ikun ta’ mill-inqas sitt sigħat. Barra minn hekk, id-Direttiva emendatorja 2012/35/UE tirrikjedi li tali uffiċjali jew baħrin ikollhom 77 siegħa ta’ mistrieħ f’kull perjodu ta’ sebat ijiem.

Dispensi

F’ċirkostanzi ta’ ħtieġa eċċezzjonali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu joħorġu dispensa li tippermetti lil baħħar partikolari jservi fuq vapur partikolari għal perjodu speċifikat ta’ mhux aktar minn sitt xhur. Dan ikun f’kapaċità li għaliha l-baħħar ma jkollux iċ-ċertifikat xieraq dment li l-kwalifiki tiegħu jkunu biżżejjed biex jiżguraw kundizzjonijiet ta’ sigurtà normali.

Responsabbiltajiet tal-pajjiż tal-UE

Il-pajjiżi tal-UE għandhom jaħtru l-awtoritajiet jew il-korpi li għandhom:

Komunikazzjoni abbord

Sabiex tiġi mtejba s-sigurtà marittima u sabiex ma jkunx hemm telf ta’ ħajjiet umani u tniġġis tal-baħar, għandha titjieb il-komunikazzjoni fost il-membri tal-ekwipaġġ abbord vapuri li jbaħħru fl-ilmijiet tal-UE.

Abbord il-vapuri kollha tal-passiġġieri li jtajru l-bandiera ta’ pajjiż tal-UE u abbord il-vapuri tal-passiġġieri kollha li jibdew u/jew jispiċċaw il-vjaġġ f’port ta’ pajjiż tal-UE għandha tiġi stabbilita lingwa tax-xogħol komuni. Fil-każ ta’ tankers taż-żejt, ta’ sustanzi kimiċi jew tal-gass likwifikat, id-Direttiva tirrikjedi li l-kaptan, l-uffiċjali u l-baħrin ikunu jistgħu jikkomunikaw ma’ xulxin f’lingwa tax-xogħol komuni waħda jew aktar.

Kontroll mill-Istat tal-port

Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jimmonitorjaw lill-baħħara li jagħtu servizz abbord kwalunkwe vapur li juża l-portijiet tagħhom, irrispettivament mill-bandiera li jtajjar, b’mod partikolari biex jivverifikaw li l-baħħara kollha li jkunu meħtieġa li jkunu ċċertifikati mill-Konvenzjoni STCW ikunu ċċertifikati b’dan il-mod. Huma għandhom jiżguraw li jiġu applikati r- regoli u l-proċeduri rilevanti stabbiliti fid-Direttiva 2009/16/KE dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port.

F’xi każijiet, huwa meħtieġ li tiġi vvalutata l-kapaċità tal-baħħara tal-vapur li jżommu l-istandards tal-għassa kif meħtieġ mill-Konvenzjoni (verifika taċ-ċertifikati). Dan huwa speċjalment meħtieġ meta vapur li jkun qed juża port tal-UE u li jkun qed itajjar bandiera ta’ pajjiż li ma rratifikax il-Konvenzjoni STCW ikun intuża b’tali mod li jkun ta’ periklu għall-persuni, għall-merkanzija jew għall-ambjent, jew ikollu kaptan, uffiċjal jew baħri li jkollu ċertifikat maħruġ minn pajjiż mhux tal-UE li ma rratifikax il-konvenzjoni. F’każijiet oħra, il-membri tal-ekwipaġġ jistgħu jintalbu juri l-kompetenza tagħhom fuq il-post.

Id-Direttiva tispeċifika r-raġunijiet li għalihom bastiment jista’ jinżamm, bħan-nuqqas ta’ taħriġ jew kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ekwipaġġ, fejn ikun ġie stabbilit li dan in-nuqqas ta’ adegwatezza huwa ta’ periklu għall-merkanzija, għall-persuni jew għall-ambjent.

Fl-2015, il- Kummissjoni Ewropea ppubblikat lista ta’ pajjiżi mhux tal-UE rikonoxxuti fir-rigward tas-sistemi għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara. Minn dakinhar, l-Etjopja, Fiġi, l-Oman u l-Montenegro żdiedu mal-lista.

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Id-Direttiva 2008/106/KE ilha tapplika mit-23 ta’ Diċembru 2008. Hija rrevediet u ssostitwiet id-Direttiva 2001/25/KE li hija stess irrevokat id-Direttiva 94/58/KE. Id-Direttiva 94/58/KE kellha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE mill-31 ta’ Diċembru 1995.

Id-Direttiva emendatorja 2012/35/UE ilha tapplika mit-3 ta’ Jannar 2013. Din kellha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE mill-4 ta’ Lulju 2014.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 323, 3.12.2008, pp. 33-61)

Emendi suċċessivi għad-Direttiva 2008/106/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/501 tat-22 ta’ Marzu 2018 dwar ir-rikonoxximent tas-Saltna tal-Oman skont id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistemi ta’ taħriġ u ċertifikazzjoni tal-baħħara (ĠU L 82, 26.3.2018, pp. 15-16)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1412 tal-1 ta’ Awwissu 2017 dwar ir-rikonoxximent ta’ Fiġi skont id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistemi għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara (ĠU L 202, 3.8.2017, pp. 6-7)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1239 tas-6 ta’ Lulju 2017 dwar ir-rikonoxximent tal-Etjopja skont id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistemi ta’ taħriġ u ċertifikazzjoni tal-baħħara (ĠU L 177, 8.7.2017, pp. 43-44)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/727 tat-23 ta’ Marzu 2017 dwar ir-rikonoxximent tal-Montenegro skont id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistemi għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara (ĠU L 107, 25.4.2017, pp. 31-32)

l-aħħar aġġornament 17.12.2018