Id-deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni jkopru apparati ta’ tagħmir bir-radju li jiġu operati permezz ta’ awtorizzazzjoni ġenerali jew fuq bażi mhux liċenzjata jew kondiviża mill-utenti aħħarin. Dan jinkludi apparati ta’ netwerk għall-aċċess bir-radju lokali (wi-fi) li wrew tkabbir kbir fid-domanda għall-ispettru tar-radju, kif ġie rikonoxxut fil-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi tal-2018.
Il-maġġoranza ta’ dawn l-atti huma deċiżjonijiet ta’ armonizzazzjoni. Oħrajn jindirizzaw il-meded ta’ frekwenza għal skopijiet differenti, bħal varjetà kbira ta’ apparati għal meded qosra, it-tagħmir tal-Internet tal-Oġġetti (IoT), tagħmir ta’ meded ultra-wide, allarmi, apparati li jiftħu l-bibien, impjanti mediċi, sistemi tat-trasport intelliġenti, apparati ta’ identifikazzjoni permezz ta’ frekwenza tar-radju (RFID), lokalizzazzjoni bir-radju, probing tal-art, u tipi ġodda ta’ apparati bejn il-magni, kif ukoll tagħmir għall-ħolqien ta’ programmi u avvenimenti speċjali (PMSE) bħal kollegamenti bil-vidjo mingħajr fili jew mikrofoni u telefons diġitali mingħajr fili.
Medda oħra ġenerali ta’ awtorizzazzjoni hija relatata mas-sigurtà tal-vetturi, b’mod partikolari għall-operazzjoni tas-Sistemi tat-Trasport Intelliġenti (ITS).
Id-diversi deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni jkopru l-ispettru tar-radju li ġej, minħabba l-limiti fuq il-qawwa tas-sinjali u l-interferenza li tikkawża ħsara fejn applikabbli
Id-Direttiva 91/287/KEE
Id-direttiva tobbliga lill-Istati Membri jagħżlu l-medda ta’ frekwenza 1 880-1 900 MHz għal komunikazzjonijiet diġitali mingħajr fili sal-.
| Leġiżlazzjoni | Id-data tal-applikazzjoni |
|---|---|
| Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/105 | |
| Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/179 | |
| Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/173 | |
| Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1426 | |
| Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/785 | |
| Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1538 | |
| Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2077 | |
| Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1483 | |
| Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/339 | |
| Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/752/UE | |
| Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/829/UE | |
| Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/485/UE | |
| Deċiżjoni 2010/368/UE | |
| Deċiżjoni 2009/381/KE | |
| Deċiżjoni 2008/411/KE | |
| Id-Direttiva 91/287/KEE |
Għal aktar informazzjoni, ara:
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/105 tat- li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE li taġġorna l-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati fil-qasam tal-użu tal-ispettru tar-radju għall-apparati ta’ medda qasira u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/641/UE dwar il-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati għall-użu tal-ispettru tar-radju minn tagħmir tal-awdjo mingħajr fili għall-ħolqien ta’ programmi u avvenimenti speċjali fl-Unjoni (notifikata bid-dokument C(2025) 192) (ĠU L, 2025/105, ).
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/179 tat- dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-banda ta’ frekwenzi ta’ 5 GHz għall-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ aċċess mingħajr fili inklużi n-networks ta’ żoni lokali bir-radju u li tħassar id-Deċiżjoni 2005/513/KE (notifikata bid-dokument C(2022) 628) (ĠU L 29, , pp. 10–16).
L-emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni(UE) 2022/179 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/173 tas- dwar l-armonizzazzjoni tal-baned ta’ frekwenzi 900 MHz u 1800 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni u li tħassar id-Deċiżjoni 2009/766/KE (notifikata bid-dokument C(2022) 605) (ĠU L 28, , pp. 29–39).
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1426 tas- dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-faxxa tal-frekwenzi 5 875-5 935 MHz għal applikazzjonijiet relatati mas-sigurtà ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS) u li tħassar id-Deċiżjoni 2008/671/KE (ĠU L 328, , pp. 19–23).
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/785 tal- dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband fl-Unjoni u li tħassar id-Deċiżjoni 2007/131/KE (ĠU L 127, , pp. 23–33).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1538 tal- dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju li għandu jintuża mit-tagħmir għal meded qosra fil-baned tal-frekwenzi ta’ 874-876 MHz u 915-921 MHz (ĠU L 257, , pp. 57–63).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2077 tal- li temenda d-Deċiżjoni 2005/50/KE dwar l-użu armonizzat tal-faxxa tal-ispettru tar-radju ta’ 24 GHz għall-użu limitat biż-żmien ta’ tagħmir bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi fil-Komunità (ĠU L 295, , pp. 75–76).
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1483 tat- li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra u li tħassar id-Deċiżjoni 2006/804/KE (ĠU L 214, , pp. 3–27).
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/339 tat- dwar l-armonizzazzjoni tal-banda tal-frekwenzi 2 010-2 025 MHz għal kollegamenti bil-vidjow mingħajr fili portabbli jew mobbli u għal kameras mingħajr fili li jintużaw għall-ħolqien ta’ programmi u avvenimenti speċjali (ĠU L 63, , pp. 5–8).
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/752/EU tal- li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/K dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra u li tħassar id-Deċiżjoni 2005/928/KE (ĠU L 334, , pp. 17–36).
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/829/EU tat- li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għall-użu ma’ tagħmir għal meded qosra (ĠUL 329, , pp. 10–18).
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/485/EU tad- li temenda d-Deċiżjoni 2005/50/KE dwar l-użu armonizzat tal-faxxa tal-ispettru tar-radju ta’ 24 GHz għall-użu limitat biż-żmien ta’ tagħmir bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi fil-Komunità (ĠU L 198, , pp. 71–72).
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/368/EU tat- li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra (ĠU L 166, , pp. 33–41).
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/381/EC tat-li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għall-użu ma’ tagħmir għal meded qosra (ĠU L 119, , pp. 32–39).
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/411/EC tal- dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn 3 400 u 3 800 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità (ĠU L 144, , pp. 77–81).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Id-Direttiva tal-Kunsill 91/287/EEC tat- dwar il-firxa ta’ frekwenza li għandha tkun allokata għall-introduzzjoni kkordinata ta’ telekomunikazzjonijiet diġitali Ewropej mingħajr fili (DECT) fil-Komunità (ĠU L 144, , pp. 45–46).
l-aħħar aġġornament