L-informazzjoni tiġi skambjata permezz ta’ servizzi pubbliċi ta’ komunikazzjoni elettronika bħall-internet, it-telefonija ċellulari u t-telefonija fissa, kif ukoll permezz tan-netwerks li jakkumpanjawhom. Dawn is-servizzi u n-netwerks jirrikjedu regoli u salvagwardji speċifiċi sabiex jiġi żgurat id-dritt tal-utenti għall-privatezza u l-kunfidenzjalità.
Hija tistabbilixxi regoli li jiżguraw is-sigurtà fl-ipproċessar ta’ dejta personali, in-notifika ta’ ksur tad-dejta personali u l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet. Hija tipprojbixxi wkoll il-komunikazzjonijiet mhux mitluba fejn l-utent ma jkunx ta l-kunsens tiegħu.
Il-fornituri ta’ servizzi tal-komunikazzjoni elettronika għandhom jiżguraw is-servizzi tagħhom mill-inqas billi:
Il-fornitur tas-servizzi għandu jgħarraf lill-awtorità nazzjonali dwar kwalunkwe ksur ta’ dejta personali fi żmien 24 siegħa. Jekk ikun probabbli li d-dejta personali jew il-privatezza ta’ utent tkun ser iġġarrab danni, huwa għandu jiġi infurmat b’dan ukoll, sakemm ma jkunux ittieħdu miżuri teknoloġiċi li jkunu ġew identifikati b’mod speċifiku sabiex jipproteġu d-dejta.
Il-pajjiżi tal-UE għandhom jiggarantixxu l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet li jsiru fuq netwerks pubbliċi, b’mod partikolari huma għandhom:
Meta d-dejta dwar it-traffiku ma tibqax meħtieġa għall-komunikazzjoni jew għall-fatturar, hija għandha titħassar jew inkella ssir anonima. Madankollu, il-fornituri tas-servizzi jistgħu jipproċessaw din id-dejta għall-finijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni sakemm l-utenti kkonċernati jagħtu l-kunsens tagħhom. Dan il-kunsens jista’ jiġi rtirat fi kwalunkwe ħin.
Il-kunsens tal-utenti huwa meħtieġ ukoll f’għadd ta’ sitwazzjonijiet oħrajn, inkluż:
Il-pajjiżi tal-UE huma mitluba li jkollhom sistema ta’ penali, inklużi sanzjonijiet legali għal ksur tad-direttiva.
Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-drittijiet u l-obbligi jista’ jkun ristrett biss minn miżuri leġiżlattivi nazzjonali meta tali restrizzjonijiet ikunu neċessarji u proporzjonati sabiex jissalvagwardjaw l-interessi pubbliċi speċifiċi, bħal li jkun permess li jsiru investigazzjonijiet kriminali jew li tiġi ssalvagwardjata s-sigurtà nazzjonali, id-difiża jew is-sigurtà pubblika.
Mill-.
Din id-direttiva hija 1 minn 5 li flimkien jifformaw il-Pakkett tat-Telekomunikazzjoni, qafas leġiżlattiv li jirregola s-settur tal-komunikazzjoni elettronika. Id-direttivi l-oħrajn ikopru l-qafas ġenerali, l-aċċess u l-interkonnessjoni, l-awtorizzazzjoni u l-ħruġ tal-liċenzji u s-servizz universali.
Il-pakkett kien emendat fl-2009 permezz ta’ 2 Direttivi dwar it-tfassil aħjar tal-politika u d-drittijiet taċ-ċittadini kif ukoll permezz ta’ regolament li jistabbilixxi l-Korp tar-regolaturi Ewropej għall-komunikazzjoni elettronika.
Għal aktar tagħrif, ara s-sit elettroniku tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika tal-Kummissjoni Ewropea.
Wara t-tifqigħa tal-COVID-19 u l-introduzzjoni ta’ miżuri biex tindirizza l-impatt tal-kriżi, il-Kummissjoni Ewropea adottat: Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/518 tat- dwar sett tal-għodod komuni tal-Unjoni għall-użu tat-teknoloġija u tad-data biex niġġieldu u noħorġu mill-kriżi tal-COVID-19, b’mod partikolari dwar l-applikazzjonijiet mobbli u l-użu ta’ data anonimizzata dwar il-mobbiltà
Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika).
l-aħħar aġġornament