Sikurezza fit-toroq: Database tal-UE dwar inċidenti tat-traffiku fit-triq
SOMMARJU TA’:
Deċiżjoni 93/704/KE dwar il-ħolqien ta’ database tal-UE dwar inċidenti tat-triq
X’INHU L-GĦAN TA’ DIN ID-DEĊIŻJONI?
Din tistabbilixxi CARE — id-database tal-UE dwar inċidenti tat-triq.
PUNTI EWLENIN
Il-pajjiżi tal-UE jeħtiġilhom:
Il-Kummissjoni Ewropea jenħtieġ li tiżgura li d-data li tirċievi tinxtered u li d-database taħdem kif suppost, u tieħu deċiżjonijiet fuq il-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-istatistiċi, u fuq kwalunkwe pubblikazzjoni, f’kooperazzjoni mal-Grupp ta’ Ħidma tal-Esperti ta’ CARE.
Il-Kummissjoni, wara 3 snin mill-implimentazzjoni ta’ din id-deċiżjoni, kellha tipprepara rapport għall-Kunsill dwar ir-riżultati miksuba u dwar l-indikaturi li rriżultaw għall-kontinwazzjoni tal-attivitajiet.
B’mod ġenerali, il-konklużjonijiet tar-rapport kienu pożittivi. Saru xi suġġerimenti għal titjib, bħal:
MINN META TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?
Din ilha tapplika sa mit-22 ta’ Diċembru 1993.
SFOND
Għal aktar informazzjoni, ara:
DOKUMENT EWLIENI
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/704/KE tat-30 ta’ Novembru 1993 dwar il-ħolqien ta’ database tal-Komunità dwar inċidenti tat-triq (ĠU L 329, 30.12.1993, pp. 63-65)
L-emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni 93/704/KE ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
DOKUMENTI RELATATI
Rapport mill-Kummissjoni dwar il-progress fil-proġett u l-prospettivi futuri tiegħu — CARE: Database tal-Komunità dwar inċidenti tat-triq — Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 1993 (93/704/KE) (COM(97) 238 final, 26.5.1997)
l-aħħar aġġornament 18.04.2018