Ġestjoni tat-traffiku tal-ajru: l-organizzazzjoni u l-użu tal-Ispazju tal-arja fl-Ajru Uniku Ewropew
SOMMARJU TA’:
X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?
PUNTI EWLENIN
Il-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew
Dani ifittex li:
Ġestjoni u disinn tan-netwerk
Biex jappoġġjaw inizjattivi kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq il-livell ta’ blokki tal-ispazju tal-ajru funzjonali, il-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru se jippermettu l-aħjar użu tal-ispazju tal-ajru u jiżguraw li l-utenti tal-ispazju tal-ajru jistgħu joperaw trajettorji preferuti, filwaqt li jippermettu aċċess għas-servizzi tal-ispazju tal-ajru u n-navigazzjoni bl-ajru.
L-użu flessibblli tal-ispazju tal-ajru
Il-koordinazzjoni se tiżdied bejn l-awtoritajiet ċivili u militari, b’mod partikolari għall-allokazzjoni u l-użu effiċjenti tal-ispazju tal-ajru għal għanijiet militari, inkluż il-kriterji u l-prinċipji li għandhom jirregolaw l-allokazzjoni u l-użu, u b’mod partikolari l-aċċess għal titjiriet ċivili.
MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?
Dan ilu japplika mill-20 ta’ April 2004.
SFOND
Ara wkoll:
DOKUMENT PRINĊIPALI
Ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-arja fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-ispazju tal-arja) (ĠU L 96, 31.3.2004, pp. 20-25)
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 551/2004 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata għandha valur dokumentarju biss.
DOKUMENTI RELATATI
Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, pp. 1-122)
Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (ĠU L 96 tal-31.3.2004, pp. 1-9)
l-aħħar aġġornament 08.05.2020