Qafas għall-ħolqien tal-ajru uniku Ewropew (SES)

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament qafas)

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

PUNTI EWLENIN

Awtoritajiet superviżorji nazzjonali

Il-Kumitat dwar l-Ajru Uniku

Regoli ta’ implimentazzjoni

Eurocontrol hija involuta fl-iżvilupp ta’ regoli ta’ implimentazzjoni li jaqgħu fil-kompetenza tagħha, abbażi ta’ mandati miftiehma mill-Kumitat dwar l-Ajru Uniku.

Valutazzjoni tal-prestazzjoni

Ir-regolament jintroduċi mekkaniżmu ta’ analiżi tal-prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u għall-funzjonijiet tan-network. Dan jinkludi:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317 jistabbilixxi r-regoli għat-tħaddim tal-iskema ta’ prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-network, u dawk relatati mal-iskema ta’ imposti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 550/2004 dwar is-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru — ara s-sommarju.

Salvagwardji

Dan ir-regolament ma jwaqqafx lill-pajjiżi tal-UE milli japplikaw miżuri meħtieġa biex jissalvagwardjaw is-sigurtà essenzjali jew l-interessi ta’ politika ta’ difiża.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mill-20 ta’ April 2004.

SFOND

L-ewwel pakkett dwar l-“Ajru uniku Ewropew” jikkonsisti f’dan ir-regolament ta’ qafas flimkien ma’ 3 regolamenti tekniċi dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru (ir-Regolament (KE) Nru 550/2004), l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-ajru (ir-Regolament (KE) Nru 551/2004) u l-interoperabbiltà tan-network Ewropew għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (issa taħt ir-Regolament (UE) 2018/1139 jew regolamenti delegati jew ta’ implimentazzjoni relatati oħra li ħassru u ssostitwixxew ir-Regolament (KE) Nru 552/2004). Dawn ir-regolamenti huma mfassla, b’mod partikolari, biex itejbu u jsaħħu s-sikurezza u biex jorganizzaw mill-ġdid l-ispazju tal-ajru fuq il-bażi tat-traffiku minflok fuq il-fruntieri nazzjonali.

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Blokk ta’ spazju tal-ajru funzjonali: blokk ta’ spazju tal-ajru bbażat fuq rekwiżiti operattivi aktar milli fuq fruntieri nazzjonali, fejn in-navigazzjoni bl-ajru u servizzi relatati huma xprunati mill-prestazzjoni u ottimizzati sabiex, f’kull blokk ta’ spazju tal-ajru funzjonali, tiġi introdotta kooperazzjoni msaħħa fost il-fornituri ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru jew, fejn xieraq, fornitur integrat.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (ĠU L 96 tal-31.3.2004, pp. 1-9)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 549/2004 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/903 tad-29 ta’ Mejju 2019 li tistabbilixxi l-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għat-tielet perjodu ta’ referenza li jibda fl-1 ta’ Jannar 2020 u li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2024 (ĠU L 144, 3.6.2019, pp. 49-55)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317 tal-11 ta’ Frar 2019 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni u imposti fl-ajru uniku Ewropew u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013 (ĠU L 56, 25.2.2019, pp. 1-67)

Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, pp. 1-122)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/259 tat-13 ta’ Frar 2017 dwar ċerti miri tal-prestazzjoni riveduti u miżuri xierqa inklużi fil-pjanijiet għall-blokok tal-ispazju tal-ajru nazzjonali jew funzjonali mressqa skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li mhumiex adekwati skont il-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha għat-tieni perjodu ta’ referenza u li tistabbilixxi obbligi għal miżuri korrettivi (ĠU L 38, 15.2.2017, pp. 76-85)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/348 tat-2 ta’ Marzu 2015 dwar il-konsistenza ta’ ċerti miri inklużi fil-pjanijiet nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali mressqa skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mal-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għat-tieni perjodu ta’ referenza (ĠU L 60, 4.3.2015, pp. 55-67)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/132/UE tal-11 ta’ Marzu 2014 li tistabbilixxi miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u l-livelli limiti ta’ twissija għat-tieni perjodu ta’ referenza mill-2015 sal-2019 (ĠU L 71, 12.3.2014, p. 20-23)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 409/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 dwar id-definizzjoni ta’ proġetti komuni, it-twaqqif ta’ governanza u l-identifikazzjoni ta’ inċentivi li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (ĠU L 123, 4.5.2013, pp. 1-7)

Ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-arja fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-ispazju tal-arja) (ĠU L 96, 31.3.2004, pp. 20-25)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-forniment ta’ servizz) (ĠU L 96, 31.3.2004, pp. 10-19)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 08.05.2020