Vitamini u minerali

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 — regoli dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra mal-ikel

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Ir-regolament:

PUNTI EWLENIN

Kamp ta’ Applikazzjoni

Ir-Regolament ikopri vitamini, minerali u xi sustanzi oħrajn li jiżdiedu mal-ikel. Dan japplika għal:

Dan ma japplikax għal supplimenti tal-ikel koperti mid-Direttiva 2002/46/KE.

Dan jelenka l-vitamini u l-minerali li jistgħu jiżdiedu mal-ikel.

Il-vitamini u/jew il-minerali elenkati fl-Anness I, fil-formola dettaljata fl-Anness II, biss jistgħu jiżdiedu mal-ikel, soġġetti għar-regoli stipulati fir-Regolament.

Il-listi jistgħu jiġu modifikati b’kunsiderazzjoni tal-opinjoni tal- Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA).

Tikkettar

It-tikkettar nutrizzjonali tal-prodotti li fihom żdiedu l-vitamini u l-minerali u li huma koperti mir-Regolament huwa obbligatorju. Dan għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

It-tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar tal-ikel li fih żdiedu l-vitamini u l-minerali:

Livelli massimi u minimi

Iż-żieda tal-vitamini u l-minerali mal-ikel b’mod volontarju tista’ tagħti kontribut sabiex jinkiseb konsum adegwat ta’ dawn is-sustanzi u jitnaqqas ir-riskju tad-defiċjenzi.

Madankollu, konsum eċċessiv tal-vitamini u l-minerali jista’ jkollu effett negattiv fuq is-saħħa. Għal din ir-raġuni, ir-Regolament jipprevedi l-issettjar ta’ ammonti massimi ta’ vitamini u minerali li għandhom jiżdiedu mal-ikel.

L-ammonti massimi jqisu:

Jekk ikun meħtieġ, dawn iqisu wkoll il-kontribut ta’ prodotti individwali għad-dieta ġenerali tal-popolazzjoni u jqisu wkoll il-kompożizzjoni nutrizzjonali stabbilita skont ir-Regolament (KE) 1924/2006.

Iż-żieda ta’ vitamina jew mineral mal-ikel għandha tirriżulta f’mill-inqas ammont sinifikanti ta’ dik il-vitamina jew dak il-mineral fl-ikel, meta dan l-ammont ikun ġie definit skont l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011.

Projbizzjonijiet u restrizzjonijiet

Il-vitamini u l-minerali ma jistgħux jiżdiedu ma’:

Ir-Regolament jippermetti proċedura li tipprojbixxi jew tirrestrinġi l-użu ta’ sustanzi li mhumiex vitamini jew minerali u li għandhom effett nutrizzjonali jew psikoloġiku1. Għal xi sustanzi, dawn il-proċeduri huma akkumpanjati b’miżuri Ewropej ta’ kontroll speċifiċi oħrajn. Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jippreżentaw talba lill-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li jipprovdu evidenza xjentifika li tippermettilha tikklassifika prodott partikolari fl-Anness III tar-Regolament (Sustanzi li l-użu tagħhom fl-ikel huwa pprojbit, limitat jew li jinsab taħt skrutinju Komunitarju). Ir-Regolament (EU) Nru 307/2012 jikkjarifika l-kundizzjonijiet għall-preżentazzjoni ta’ tali talba, kif ukoll jistipula n-natura tal-evidenza li għandha takkumpanja t-talba.

Il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf (PAFF) jassisti lill-Kummissjoni.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika sa mill-.

TERMINI EWLENIN

  1. Effett psikoloġiku: effett fuq il-ġisem tal-biedem.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (KE) Nru1925/2006tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra mal-ikel (ĠU L 404, , pp. 26-38)

Emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 1925/2006 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament