Ir-regolament (REACH) dwarir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi jipprovdi qafas leġiżlattiv komprensiv għal sustanzi kimiċi li huma mmanifatturati fl-Ewropa. Hu jgħaddi r-responsabbiltà li tiżgura li sustanzi kimiċi mmanifatturati, importati, mibjugħin u użati fl-Unjoni Ewropea (UE) huma sikuri minn awtoritajiet pubbliċi għall-industrija. Ir-regolament ukoll:
Fl-2013, il-Kummissjoni Ewropea vvalutat l-ewwel 5 snin tar-regolament REACH u kkonkludiet li mhi meħtieġa l-ebda riforma maġġuri. It-tieni rieżami REACH (evalwazzjoni REACH refit) saret fl-2018 u wriet il-bżonn li nirrevedu ċerti elementi tal-leġiżlazzjoni. L-istrateġija tas-sustanzi kimiċi għal sostenibbilità, ippubblikata f’Ottubru 2020, ħabbret il-bżonn għal reviżjoni immirata ta’ REACH (ara l-komunikazzjoni).
Dan iIu japplika mill-.
L-industrija tas-sustanzi kimiċi hija waħda mill-akbar setturi tal-manifattura fl-UE. Hija għandha rwol ewlieni x’taqdi fil-ħajja tagħna ta’ kuljum u fil-kompetittività globali tal-ekonomija. L-UE implimentat leġiżlazzjoni li tippermetti lill-industrija tas-sustanzi kimiċi (u lill-industrija tal-manifattura usa’ li tuża sustanzi kimiċi) biex tiżviluppa u tirrinnova, filwaqt li fl-istess ħin tiżgura li l-prodotti tagħha huma sikuri għan-nies u għall-ambjent.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, , pp. 1–849). Test ippubblikat mill-ġdid fir-rettifika (ĠU L 136, , pp. 3–280).
Emendi u bidliet suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u l-annessi tiegħu ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
l-aħħar aġġornament