Din għandha l-għan li tikkontrolla perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi, speċjalment sustanzi kimiċi.
Din id-Direttiva, ’l hekk imsejħa Seveso-III, emendat is-Seveso-II preċedenti (id-Direttiva 96/82/KE), li, wara l-lezzjonijiet mitgħallma minn inċidenti aktar tard bħal Bhopal, Toulouse jew Enschede, kienet emendat id Direttiva Seveso oriġinali (Id-Direttiva 82/501/KEE), wara li l-inċident katastrofiku fir-raħal Taljan ta’ Seveso fl-1976 ta bidu għall-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ inċidenti bħal dawn.
Din il-leġiżlazzjoni nbidlet sabiex tagħti lill-pubbliku drittijiet aktar b’saħħithom. Din tagħtihom aċċess aħjar għal informazzjoni dwar ir-riskji li jistgħu jseħħu minn installazzjonijiet industrijali fil-qrib u kif wieħed għandu jirreaġixxi f’każ ta’ inċident.
Din l-informazzjoni, li tispjega kif ser jinstemgħu t-twissijiet u kif il-pubbliku għandu jaġixxi, għandha tkun disponibbli online.
Il-liġi issa tkopri 12,000 sit industrijali madwar l-UE fejn jintużaw jew jinħażnu sustanzi kimiċi jew petrokimiċi, jew fejn isir l-irfinar tal-metall.
Kull pajjiż tal-UE għandu jiżgura li jkun hemm miżuri fis-seħħ biex jindirizzaw l-inċidenti f’żoni madwar installazzjonijiet industrijali li jospitaw kwantitajiet kbar ta’ prodotti perikolużi:
Kumpaniji li jimmaniġġjaw dawn is-sustanzi ’l fuq minn ċerti limiti għandhom:
Il-liġi l-ġdida sejra wkoll:
L-aħħar leġiżlazzjoni tikkunsidra ċertu tibdil tekniku Ewropew u internazzjonali fil-mod kif jiġu kklassifikati s-sustanzi kimiċi.
Meta wieħed iqis ir-rata għolja ħafna ta’ industrijalizzazzjoni fl-UE, id-Direttiva Seveso kkontribwixxiet sabiex tinkiseb frekwenza baxxa ta’ inċidenti maġġuri. Id-Direttiva titqies ħafna bħala punt ta’ riferiment għall-politika dwar l-inċidenti industrijali u kienet bħala mudell għal-leġiżlazzjoni f’bosta pajjiżi madwar id-dinja.
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ara:
Din ilha tapplika mit-. Il-pajjiżi tal-UE għandhom japplikaw ir-regoli ġodda mill-.
Id-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (ĠU L 197, , pp. 1–37)
Ara l-verżjoni konsolidata.
l-aħħar aġġornament