Id-Direttiva dwar il-Ħsejjes Ambjentali (DIA) għandha l-għan li:
tipprovdi bażi komuni għall-ġlieda kontra l-effetti ta’ ħsara tal-esponiment għall-ħsejjes ambjentali1 madwar l-UE;
gradwalment tintroduċi miżuri
li jistabbilixxu indikaturi komuni tal-ħsejjes2 sabiex jitkejjel l-esponiment fit-tul tal-bnedmin għal ħsejjes ambjentali matul il-ġurnata u disturbi fl-irqad
li jobbligaw pajjiżi tal-UE biex ifasslu mapep strateġiċi tal-ħsejjes3 biex iservu bħala bażi għal pjanijiet ta’ azzjoni4 biex jipprevjenu u jnaqqsu l-ħsejjes
li jimplimentaw il-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali
għall-informazzjoni u konsultazzjoni pubblika, speċjalment dwar il-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali.
PUNTI EWLENIN
Id-direttiva tfittex li tikkontrolla l-ħsejjes:
f’żoni mibnija;
f’parks pubbliċi jew f’żoni oħrajn kwieti f’żoni urbani;
f’żoni kwieti fil-kampanja aperta;
ħdejn skejjel, sptarijiet u bini u żoni oħra sensittivi għall-ħsejjes.
Ma tapplikax għal ħsejjes:
maħluqa mill-persuna esposta nnifisha, jew mill-ġirien;
minn attivitajiet domestiċi;
fil-postijiet tax-xogħol;
ġewwa mezzi tat-trasport; u
minn attivitajiet militari f’żoni tal-militar.
Indikaturi tal-ħsejjes u l-metodi tal-valutazzjoni tagħhom
Jintużaw 2 indikaturi għall-kompliazzjoni ta’ mapep strateġiċi tal-ħsejjes:
Lden huwa indikatur tal-livell globali tal-ħsejjes matul il-ġurnata, filgħaxija u l-lejl li jintuża biex jiddeskrivi l-inkonvenjenza maħluqa mill-esponiment għall-ħsejjes;
Lnight huwa indikatur tal-livell tal-ħoss matul il-lejl użat biex jiddeskrivi disturbi fl-irqad.
l-valuri tagħhom huma definiti bl-użu tal-metodi ta’ valutazzjoni komuni stabbiliti fl-Anness II għad-direttiva.
Il-Kummissjoni Ewropea kellha tistabbilixxi dawn il-metodi komuni ta’ valutazzjoni. Sakemm sar dan, il-pajjiżi tal-UE segħu jużaw il-metodi tagħhom, diment li jikkonformaw mal-Anness II.
Indikaturi oħrajn jistgħu jintużaw għal ippjanar akustiku u ż-żonar tal-ħsejjes u fil-każijiet speċjali elenkati fl-Anness I.
Relazzjonijiet ta’ doża-effett5 tiġi introdotta fl-Anness III b’reviżjonijiet futuri għad-direttiva biex tkun tista’ ssir valutazzjoni tal-effett tal-ħsejjes fuq il-popolazzjonijiet.
Sat-, il-pajjiżi tal-UE kellhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe valur ta’ limitu relevanti fis-seħħ jew li jkun qed jiġi ppreparat, espress f’termini ta’ Lden u Lnight u, fejn xieraq, Lday (indikatur tal-ħoss tal-jum) u Lnight (indikatur tal-ħoss tal-lejl) għal:
ħoss tat-traffiku tat-triq;
ħoss tat-traffiku tal-ajru;
ħoss tat-traffiku bil-ferrovija; u
ħoss industrijali.
Immappjar strateġiku tal-ħsejjes
Mapep strateġiċi tal-ħsejjes għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet minimi stabbiliti fl-Anness IV.
Il-pajjiżi tal-UE kellhom:
jinfurmaw lill-pubbliku dwar il-korpi responsabbli biex jagħmlu u japprovaw mapep strateġiċi tal-ħsejjes sat-;
jinfurmaw lill-Kummissjoni sat- dwar
it-toroq maġġuri li jkollhom aktar minn 6 miljun passaġġ ta’ vetturi fis-sena
ferroviji li jkollhom aktar minn 60 000 passaġġ ta’ ferroviji fis-sena
ajruporti maġġuri u
rħula u bliet b’aktar minn 250 000 abitant;
jagħmlu u japprovaw mapep strateġiċi tal-ħsejjes li juru s-sitwazzjoni matul is-sena preċedenti qrib dawn l-infrastrutturi, bliet u rħula sat-;
jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-irħula u l-bliet kollha b’aktar minn 100 000 abitant u dwar it-toroq maġġuri kollha u l-ferroviji maġġuri kollha fit-territorji tagħhom sal-;
jagħmlu u japprovaw mapep strateġiċi tal-ħsejjes li juru s-sitwazzjoni fis-sena preċedenti għal dawk il-bliet u rħula, toroq u ferroviji sat-.
Mapep tal-ħsejjes għandhom jiġu riveduti jekk meħtieġ, kull 5 snin.
Pjanijiet ta’ azzjoni
Pjanijiet ta’ azzjoni għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet minimi stabbiliti fl-Anness V.
Il-miżuri fi ħdan il-pjanijiet għandhom:
jindirizzaw il-prijoritajiet identifikati bl-eċċess ta’ kwalunkwe valur limitanti relevanti jew bi kriterji oħrajn magħżula mill-pajjiżi tal-UE; u
japplikaw partikolarment għaż-żoni l-aktar importanti kif stabbilit bl-immappjar strateġiku.
Il-pajjiżi tal-UE kellhom:
jinfurmaw lill-pubbliku dwar il-korpi responsabbli għat-tfassil u għall-approvazzjoni ta’ pjanijiet ta’ azzjoni sat-;
ifasslu pjanijiet:
sat-, għal
toroq maġġuri li jkollhom aktar minn 6 miljun passaġġ ta’ vetturi fis-sena
ferroviji li jkollhom aktar minn 60 000 passaġġ ta’ ferroviji fis-sena
ajruporti maġġuri u
rħula u bliet b’aktar minn 250 000 abitant;
sat-, għall-irħula u l-bliet maġġuri kollha, ajruporti maġġuri kollha, toroq maġġuri u ferroviji maġġuri.
Pjanijiet ta’ azzjoni għandhom jiġu riveduti meta jseħħ żvilupp maġġuri li jaffettwa s-sitwazzjoni eżistenti tal-ħsejjes, u mill-anqas darba kull 5 snin wara d-data ta’ approvazzjoni ta’ dawk il-pjanijiet, skont ir-Regolament emendatorju (UE) 2019/1010.
Informazzjoni pubblika
Pajjiżi tal-UE għandhom jiżguraw li:
il-pubbliku jiġi kkonsultat u li r-riżultati jitqiesu qabel jiġu approvati l-pjanijiet ta’ azzjoni;
il-Kummissjoni tirċievi l-informazzjoni mill-mapep strateġiċi tal-ħsejjes u minn sommarji tal-pjanijiet ta’ azzjoni fi żmien 6 xhur mid-dati stabbiliti f’Artikoli 7 (Immappjar strateġiku tal-ħsejjes) u 8 (Pjanijiet ta’ azzjoni), kif imsemmi fl-Anness VI. Il-Kummissjoni, megħjuna mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandha tiżviluppa mekkaniżmu ta’ skambju ta’ informazzjoni diġitali, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.
Mapep tal-ħsejjes u pjanijiet ta’ azzjoni tal-pajjiżi tal-UE jistgħu wkoll jiġu kkonsultati fis-sistema ReportNet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent. Skont ir-regolament emendatorju (UE) 2019/1010, ReportNet hija “repożitorju ta’ data”, sistema tal-informazzjoni li jkun fiha informazzjoni dwar ħsejjes ambjentali u data disponibbli mill-pajjiżi tal-UE.
Ħsejjes ambjentali: ħsejjes mhux mitluba jew ta’ ħsara fl-apert maħluqa mill-attivitajiet tal-bniedem, inklużi l-ħsejjes emessi minn mezzi tat-trasport, traffiku tat-triq, traffiku tal-ferroviji, traffiku tal-arju, u minn siti tal-attività industrijali, bħalma huma definiti fid-Direttiva 96/61/KE.
Indikatur tal-ħsejjes: skala fiżika biex tiddeskrivi ħsejjes ambjentali, li jkollhom relazzjoni mal-effett ta’ ħsara.
Mapep strateġiċi tal-ħsejjes: mapep iddisinjati biex jeżaminaw l-esponiment għall-ħsejjes globali f’żoni partikolari li jkunu ġejjin minn sorsi ta’ ħsejjes differenti jew għal tbassir globali għal dawk iż-żoni.
Pjanijiet ta’ azzjoni: pjanijiet iddisinjati għall-ġestjoni ta’ suġġetti u effetti tal-ħsejjes, inkluż it-tnaqqis tal-ħoss meta jkun meħtieġ.
Ir-relazzjoni doża-effett: ir-relazzjoni bejn il-valur ta’ indikatur tal-ħoss u effett ta’ ħsara.
DOKUMENT EWLIENI
Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali (ĠU L 189, , pp. 12-25)
Emendi suċċessivi għad-Direttiva 2002/49/KE ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
DOKUMENTI RELATATI
Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħsejjes Ambjentali skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2002/49/KE (COM(2017) 151 finali, )
Ir-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (verżjoni kodifikata) (ĠU L 126, , pp. 13-22)
Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, , pp. 26-32)