Id-Direttiva 2011/98/UE toħloq:
Id-Direttiva tapplika għaċ-ċittadini mhumiex mill-UE li huma awtorizzati jgħixu jew jaħdmu fl-UE, indipendentement mir-raġuni inizjali tagħhom għall-ammissjoni. Dan jinkludi:
Ċerti kategoriji ta’ ċittadini mhux mill-UE mhumiex koperti minn din id-direttiva, bħal dawk li ngħataw l-istatus ta’ residenti għal żmien twil (dawn jaqgħu taħt leġiżlazzjoni oħra tal-UE).
L-awtoritajiet fl-Istati Membri għandhom jittrattaw kull applikazzjoni għal dan il-permess uniku għar-residenza u x-xogħol (ġdida, emendata jew imġedda) bħala proċedura ta’ applikazzjoni unika. Huma għandhom jiddeċiedu jekk l-applikazzjoni hijiex qed issir miċ-ċittadin ta’ pajjiż mhux fl-UE jew minn min qed iħaddimhom (jew mit-tnejn).
Il-format tal-permess uniku huwa l-istess bħal dak deskritt fir-Regolament (KE) Nru 1030/2002 li jistabbilixxi permess ta’ residenza uniku għal ċittadini ta’ pajjiżi mhux fl-UE.
Il-permess uniku jippermetti lill-benefiċjarji minn pajjiżi mhux fl-UE li jgawdu minn sett ta’ drittijiet, inklużi:
Id-Direttiva tistipula kriterji speċifiċi, li fuqhom l-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu t-trattament ugwali dwar ċerti kwistjonijiet (aċċess għall-edukazzjoni/taħriġ, benefiċċji tas-sigurtà soċjali bħal benefiċċji tal-familja jew akkomodazzjoni).
Id-Direttiva 2011/98/UE se tiġi revokata u sostitwita bid-Direttiva (UE) 2024/1233 (ara s-sommarju) mit-.
Id-Direttiva 2011/98/KE kellha tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali sal-. Dawn ir-regoli ilhom japplikaw mill-.
Id-Direttiva 2011/98/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- dwar proċedura ta’ applikazzjoni unika għal permess uniku għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jirrisjedu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru u dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għal ħaddiema ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fi Stat Membru (ĠU L 343, , pp. 1–9).
l-aħħar aġġornament .