X’INHU L-GĦAN TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET, TAL-ARTIKOLI 216 TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA U TAL-ARTIKOLU 19(3) TAT-TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA?
jispjegaw lill-qrati u lit-tribunali fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE) l-għan ta’ proċedura li tintitolahom, taħt l-Artikolu 267 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 19(3)(b) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, biex tirreferi għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) għal preliminary rulingdeċiżjoni preliminari1;
jistabbilixxu l-ambitu tal-proċedura u l-forma li biha l-qrati nazzjonali għandhom jissottomettu r-rinviju tagħhom;
jissostitwixxu rakkomandazzjonijiet preċedenti maħruġa fl-2019, u l-aktar biex jirriflettu bidliet li jirriżultaw mill-adozzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2019, li jemenda l-Protokoll (Nru 3) dwar l-Istatut tal-QĠUE.
PUNTI EWLENIN
Għandu jiġi nnutat li l-QĠUE hija magħmula mill- Qorti tal-Ġustizzja u mill-Qorti Ġeneral. L-għan tagħhom huwa li jiżguraw interpretazzjoni u applikazzjoni uniformi tal-liġi tal-UE.
Emenda fl-Istatut tal-QĠUE
Ir-Regolament Emendatorju (UE, Euratom) 2024/2019 jadatta l-Protokoll (Nru 3) u għandu l-għan li jnaqqas l-ammont kbir ta’ xogħol tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam tad-deċiżjonijiet preliminari. Huwa jittrasferixxi l-ġurisdizzjoni, mill-, mill-Qorti tal-Ġustizzja lill-Qorti Ġenerali biex tagħti deċiżjonijiet preliminari f’sitt oqsma definiti u diskreti b’mod ċar:
Sinifikat tal-proċedura għal deċiżjoni preliminari
Din il-proċedura hi kkunsidrata utli meta, f’każ quddiem qorti nazzjonali, titqajjem kwistjoni ta’ interpretazzjoni li hi ġdida u ta’ interess ġenerali għall-applikazzjoni tal-liġi tal-UE b’mod uniformi, jew fejn il-każistika eżistenti ma tidhirx li tagħti l-gwida neċessarja biex tiġi indirizzata sitwazzjoni legali ġdida.
Struttura tar-rakkomandazzjonijiet
Sett ta’ rakkomandazzjonijiet japplika għat-talbiet kollha għal deċiżjoni preliminari u sett ulterjuri japplika speċifikament għal proċeduri mħaffa2 jew proċeduri urġenti3.
Min jagħmel it-talba għal deċiżjoni preliminari?
Il-qorti jew tribunal nazzjonali li tkun inġiebet tilwima quddiemu jieħu r-responsabbiltà unika biex jiddetermina kemm il-ħtieġa għal talba għal deċiżjoni preliminari kif ukoll għar-rilevanza tal-mistoqsijiet li jissottometti lill-Qprti tal-Ġustizzja.
Il-qrati li jissottomettu rinviju għandhom fost affarijiet oħra:
ikunu stabbiliti b’liġi u jkunu permanenti;
ikollhom ġurisdizzjoni obbligatorja;
japplikaw l-istati tad-dritt; u
jkunu indipendenti.
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Rinviju għandu jirrigwarda l-interpretazzjoni jew il-validità tal-liġi tal-UE. M’għandux jirrigwarda l-interpretazzjoni tal-liġi nazzjonali u lanqas ta’ kwistjonijiet ta’ fatt imqajma fil-proċeduri prinċipali.
Il-Qorti tal-Ġustizzja tiddetermina jekk it-talba taqax esklussivament f’wieħed jew f’bosta mis-sitt oqsma definiti speċifiċi elenkati hawn fuq u tiddeċiedi jekk it-talba hijiex se tiġi trażmessa lill-Qorti Ġenerali.
Il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Il-Qorti Ġenerali tista’ tagħti sentenza biss jekk il-liġi tal-UE tapplika għall-każ fil-proċeduri ewlenin.
Il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali ma japplikawx huma stess il-liġi tal-UE għal tilwima minn qorti tar-rinviju billi r-rwol tagħhom hu li jgħin biex din tiġi riżolta. Ir- rwol tal-qorti nazzjonali huwa li tislet il-konklużjonijiet mill-Qorti tal-Ġustizzja jew mid-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali.
Is-sentenzi preliminari huma vinkolanti kemm fuq il-qorti tar-rinviji kif ukoll għall-qrati kollha fl-Istati Membri.
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Bank Ċentrali Ewropew jiġu nnotifikati bit-talbiet kollha għal deċiżjoni preliminari biex ikunu jistgħu jivvalutaw jekk għandhomx interess partikolari fil-kwistjoni u jiddeċiedu jekk jixtiqux jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jissottomettu dikjarazzjonijiet tal-każ jew osservazzjonijiet bil-miktub.
Interazzjoni bejn ir-referenza għal deċiżjoni preliminari u l-proċedimenti nazzjonali
Rinviju għandu jsir hekk kif ikun ċar li jkun hemm bżonn ta’ deċiżjoni mill-QĠUE biex qorti nazzjonali tagħti sentenza u meta tkun tista’ tiddefinixxi b’biżżejjed dettall il-kuntest fattwali u legali tal-każ u tal-kwistjonijiet legali mqajma minnu.
Il-proċedimenti nazzjonali għandhom jiġu sospiżi sakemm lill-Qorti tal-Ġustizzja jew il-Qorti Ġenerali tkun tat id-deċiżjoni tagħha.
Il-qorti tar-rinviju għandha tinforma lill-Qorti tal-Ġustizzja jew lill-Qorti Ġenerali dwar kull pass ta’ proċedura li jista’ jaffettwa r-rinvju u, b’mod partikolari, dwar kull skontinwità jew irtirar, jew soluzzjoni bonarja tat-titlwim fil-proċeduri ewlenin, u ta’ kull avveniment ieħor li jwassal għat-terminazzjoni tal-proċeduri. Għandha wkoll tinforma lill-Qorti tal-Ġustizzja jew lill-Qorti Ġenerali dwar kull deċiżjoni fil-kuntest ta’ appell kontra l-ordni għal referenza u l-konsegwenzi ta’ dik id-deċiżjoni għat-talba ta’ deċiżjoni preliminari.
Forma u kontenut tar-rinviju
Ir-rinviju għandu jinkiteb b’mod sempliċi, ċar u preċiż billi dan għandu jiġi tradott biex l-Istati Membri l-oħra jkunu jistgħu jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom.
L-Artikolu 94 tar-regoli ta’ proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-Artikolu 199 tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali jispeċifkiaw il-kontenut tat-talba li għandha takkumpanja l-mistoqsijiet tal-qorti tar-rinviju, li l-punti essenzjali tiegħu huma mqassra fl-anness tar-rakkomandazjonijiet. Jekk rekwiżit wieħed jew aktar ma jintlaħqux, il-qrati rispettivi jistgħu jħossu n-neċessità li jirrifjutaw il-ġuriżdizzjoni biex jagħtu deċiżjoni preliminari fuq il-mistoqsijiet referuti jew jiċħdu t-talba għal deċiżjoni preliminari bħala inammissibbli.
Il-qorti ta’ rinviju tista’ fil-qosor tistabbilixxi l-argumenti ewlenin tal-partijiet għall-proċeduri elwenin. Madanakollu, għandu jkun innotat li t-talba għal deċiżjoni preliminari se tiġi tradotta, u l-ebda anness għal dik it-talba.
Il-qorti ta’ rinviju tista’ wkoll fil-qosor tiddikjara l-opinoni tagħha dwar it-tweġiba li għandha tingħata għall-mistoqsijiet irreferuti għal deċiżjoni preliminari. Dik l-informazzjoni tista’ tkun utli għall-Qorti tal-Ġustizzja jew għall-Qorti Ġenerali, b’mod partikolari meta tintalab tagħti deċiżjoni preliminari fi proċedura mħaffa jew urġenti.
Il-mistoqsijiet riferuti għal deċiżjoni preliminari għandhom jidhru f’taqsima separata u identifikata b’mod ċar tal-ordni għar-referenza, preferibbilment fil-bidu jew fit-tmiem. Għandu jkun possibbli tifhimhom skont it-termini tagħhom, mingħajr ma jkun hemm bżonn tirreferi għad-dikjarazzjoni tar-raġunijiet għat-talba.
It-talba għal deċiżjoni preliminari għandha tkun ittajpjata u l-paġni u l-paragrafi tal-ordni għar-referenza għandha tkun innumerata.
Protezzjoni tad-data u l-anonimizzazzjoni tat-talba għal deċiżjoni preliminari
Biex tiżgura l-aqwa protezzjoni ta’ data personali fit-trattament tal-każ tal-Qorti tal-Ġustizzja jew tal-Qorti Ġenerali, il-qorti ta’ rinviju tintalab tanonimizza l-każ billi tissostitwixxi l-ismijiet tal-individwi li ssir referenza għalihom fit-talba, pereżempju billi tuża inizjali jew kombinazzjoni ta’ ittri, u billi teditja l-informazzjoni li tista’ twassal għall-identifikazzjoni tagħhom.
Trażmissjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja tat-talba għal deċiżjoni preliminari
Ir-rinviji kollha għandhom jiġu ddatati, iffirmati u mibgħuta b’mod elettroniku jew bil-posta lir-reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Lussemburgu.
Il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali jirrakkomandaw li l-qrati nazzjonali u t-tribunali jużaw l-applikazzjoni tal-e-Curia.
It-talba għal deċiżjoni preliminari għandha tilħaq lir-reġistru flimkien mad-dokumenti rilevanti u d-dokumenti utli biex il-qrati jitrattaw il-każ u, b’mod partikolari, id-dettalji tal-kuntatt preċiżi għall-partijiet fil-proċeduri ewlenin u r-rappreżentanti tagħhom, jekk ikun hemm, flimkien mal-fajl tal-każ fil-proċeduri ewlenin jew kopja tagħha.
Spejjeż u għajnuna legali
Il-proċeduri għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali huma bla ħlas.
Fejn ikun neċessarju, il-qorti tar-rinviju tieħu deċiżjoni dwar l-ispejjeż imġarrba mill-partijiet.
Jekk parti għall-proċeduri ewlenin ma għandhiex biżżejjed mezzi, il-qorti inkwistjoni tista’ tagħti lil dik il-parti għajnuna legali biex tkopri l-ispejjeż, b’mod partikolari dawk fir-rigward tar-rappreżentazzjoni tagħha, li ġġarrab quddiem il-qorti. L-għajnuna tista’, madanakollu, tingħata biss jekk il-parti inkwestjoni ma tkunx diġà rċeviet għajnuna taħt regoli nazzjonali jew sal-punt li dik l-għajnuna ma tkoprix, jew tkopri biss parti, mill-ispejjeż imġarrba quddiem il-qorti.
Ir-rwol tar-reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja
Ir-reġistru jikkoordina mal-qorti tar-rinviju matul il-proċedimenti u jibgħatilha kopji tad-dokumenti proċedurali u tat-talbiet għal informazzjoni.
Fl-aħħar tal-proċedimenti, ir-reġistru jibgħat id-deċiżjoni tal-QĠUE lill-qorti tar-rinviju. Il-qorti tar-rinviju għandha żżomm lir-reġistru infurmat bi kwalunkwe azzjoni li ttieħdet u bid-deċiżjoni finali tagħha dwar il-każ.
Rinviji mħaffa u urġenti
Kif previst fl-Istatut u fir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali, jista’ jiġi deċiż li xi rinviji għandhom jiġu mmaniġġjati permezz ta’ proċedimenti mħaffa jew urġenti.
L-iskadenzi huma iqsar. Pereżempju, hemm inqaz żmien allokat biex l-Istati Membri jissottomettu osservazzjonijiet fil-każ ta’ rinviji mħaffa.
Il-qorti tar-rinviju għandha tiġġustifika l-urġenza u telenka r-riskji potenzjali jekk tiġi segwita l-proċedura ordinarja.
Talbiet għal proċedura mħaffa jew urġenti għandhom jintbagħtu permezz tal-applikazzjoni tal-e-Curia jew bil-posta elettronika.
Sentenza preliminari. Proċedura użata f’każijiet fejn l-interpretazzjoni jew il-validità ta’ liġi tal-UE hi inkwistjoni, u fejn ikun hemm bżonn ta’ deċiżjoni biex qorti nazzjonali tagħti sentenza, jew fejn ma jkunx hemm rimedju ġudizzjarju taħt il-liġi nazzjonali.
Proċedura mħaffa. Proċedura fejn in-natura u ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali tal-każ jeħtieġu li jiġu ttrattati malajr. Proċedura mħaffa għandha tintalab biss meta ċirkostazi partikolari joħolqu emerġenza li tiġġustifika deċiżjoni malajr fuq il-mistoqsijiet riferuti. Dan jista’ jirriżulta, pereżempju, jekk ikun hemm periklu immedjat serju lis-saħħa pubblika jew lill-ambjent, li deċiżjoni f’waqtha mill-Qorti tal-Ġustizzja jew il-Qorti Ġenerali tista’ tgħin tevita, jew jekk ċirkostanzi partikolari jeħtieġu inċertezzi rigward kwistjonijiet fundamentali tal-liġi kostituzzjonali nazzjonali u tal-liġi tal-UE biex tiġi solvuta fi żmien qasir ħafna.
Proċedura urġenti. Proċedura li tapplika biss f’każijiet li jinvolvu kwistjonijiet relatati mal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja. B’mod partikolari, din tillimita n-numru ta’ partijiet awtorizzati jissottomettu osservazzjonijiet bil-miktub u, f’każijiet ta’ urġenza estrema, tippermetti li l-istadju tal-kitba tal-proċedura jitħalla barra quddiem il-qrati.
DOKUMENTI PRINĊIPALI
Rakkomandazzjonijiet għall-qrati u t-tribunali nazzjonali fir-rigward tal-bidu tal-proċeduri għal deċiżjoni preliminari (ĠU C/2024/6008, ).
Verżjoni kkonsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Parti Sitta — Istituzzjonijiet u dispożizzjonijiet finanzjarji — Titlu I — Dispożizzjonijiet istituzzjonali — Kapitolu 1 — L-istituzzjonijiet — Taqsima 5 — Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea — l-Artikolu 267 (ex Artikolu 234 TKE) (ĠU C 202, , p. 164).
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea — Titolu III — Dispożizzjonijiet dwar l-istituzzjonijiet — l-Artikolu 19 (ĠU C 202, , p. 27).
DOKUMENTI RELATATI
Ir-Regolament (EU, Euratom) 2024/2019 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- li jemenda l-Protokoll Nru 3 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (ĠU L, 2024/2019, ).
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Protokoll (Nru 3) dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 202, , pp. 201–229).