Din is-sentenza stabbiliet prinċipju ġenerali1 tal-liġi Komunitarja (issa tal-UE): il-preċedenza (imsejħa wkoll “preminenza” jew “supremazija”) tal-liġi tal-UE, li tiggarantixxi s-superjorità tagħha fuq il-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri.
Il-prinċipju ta’ preċedenza jiżgura li l-liġi tal-UE tipproteġi liċ-ċittadini fl-UE kollha b’mod uniformi.
B’kuntrast mat-trattati internazzjonali ordinarji, it-Trattat KEE ħoloq sistema legali Ewropea li hija parti integrali mis-sistemi legali tal-Istati Membri u li hija vinkolanti fuqhom.
Permezz tal-ħolqien tal-KEE, l-Istati Membri ttrasferixxew id-drittijiet u l-obbligi li joħorġu mit-trattat mis-sistema legali nazzjonali tagħhom għal dik tal-KEE, illimitaw is-sovranità tagħhom u ħolqu korp ta’ liġi li torbot kemm liċ-ċittadini tagħhom kif ukoll lilhom infushom.
Konsegwentement, l-Istati Membri ma jistgħux jadottaw liġijiet nazzjonali li jikkontradixxu l-liġi tal-UE mingħajr ma jikkontestaw il-bażi legali tal-UE nnifisha. Jekk madankollu jagħmlu dan, il-liġi tal-UE għandha tieħu preċedenza fuq il-liġijiet nazzjonali (jiġifieri tkun prevalenti) fil-qrati domestiċi tal-pajjiż ikkonċernat.
Żviluppi qabel u wara s-sentenza
F’każ importanti ieħor, fl-1963, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet diġà stabbiliet prinċipju ġenerali ugwalment importanti u kumplimentari tal-liġi tal-UE: il-prinċipju tal-effett dirett.
Il-Qorti tal-Ġustizzja iktar tard iċċarat il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prinċipju ta’ preċedenza fil-ġurisprudenza3 tagħha.
irrispettivament min-natura tagħhom (atti, regolamenti, deċiżjonijiet, ordinanzi, ċirkolari, eċċ.) jew jekk humiex maħruġa mis-setgħat eżekuttivi jew mis-setgħat leġiżlattivi ta’ Stat Membru;
F’dikjarazzjoni dwar il-preminenza, annessa mal-Att Finali tal-Konferenza Intergovernattiva li adottat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-konferenza:
fakkret il-prinċipju ta’ preminenza tal-liġi tal-UE fuq il-liġi nazzjonali;
enfasizzat li dan huwa pedament tal-liġi tal-UE irrispettivament mill-fatt li mhux inkluż fit-trattat.
TERMINI EWLENIN
Prinċipji ġenerali. Imsejħin ukoll “liġi supplimentari”, huma prinċipalment żviluppati mill-QĠUE u huma wieħed mis-sorsi tal-liġi tal-UE mhux miktubin, għall-kuntrarju tal-liġi primarja u sekondarja.
Sentenza preliminari. Sentenza mill-QĠUE bħala tweġiba għal mistoqsija minn qorti nazzjonali dwar l-interpretazzjoni jew il-validità tal-liġi tal-UE, u b’hekk tikkontribwixxi għall-applikazzjoni uniformi tal-liġi tal-UE.
Ġurisprudenza. Il-liġi kif stabbilita mir-riżultat ta’ każijiet preċedenti.
DOKUMENT EWLIENI
Sentenza tal-Qorti tal-, Flaminio Costa vs E.N.E.L., Kawża 6–64 (Edizzjoni speċjali bl-Ingliż 1964 00585).
DOKUMENTI RELATATI
Konferenza li adottat it-Trattat ta’ Lisbona, iffirmat fit- — A. Dikjarazzjonijiet dwar id-dispożizzjonijiet tat-Trattati — 17. Dikjarazzjoni dwar il-preminenza (ĠU C 115, , p. 344).
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — verżjoni konsolidata (ĠU C 202, , pp. 47–360).
Sentenza tal-Qorti (L-Ewwel Kamra) tat-, Wünsche Handelsgesellschaft GmbH & Co. vs ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja. Talba għal deċiżjoni preliminari: Verwaltungsgericht Frankfurt am Main — il-Ġermanja. Faqqiegħ ippreservat — Miżuri protettivi. Kawża 345/82 (Rapporti tal-Qorti Ewropea 1984 01995).
Sentenza tal-Qorti tad-, Amministrazione delle Finanze dello Stato vs Simmenthal SpA. Talba għal deċiżjoni preliminari: Pretura di Susa — l-Italja. Nuqqas ta’ applikazzjoni minn qorti nazzjonali ta’ liġi konfliġġenti mad-dritt Komunitarju. Kawża 106/77 (Rapporti tal-Qorti Ewropea 1978 00629).
Sentenza tal-Qorti tas-, Internationale Handelsgesellschaft mbH vs Einfuhr- und Vorratsstelle für Getreide und Futtermittel. Talba għal deċiżjoni preliminari: Verwaltungsgericht Frankfurt am Main — il-Ġermanja. Kawża 11–70 (Rapporti tal-Qorti Ewropea 1970 01125).