Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni tal-annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja

SOMMARJU TA’:

Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni tal-annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja

Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni tal-annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja

Id-Deċiżjoni 78/923/KEE li tikkonċerna l-konklużjoni tal-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni tal-annimali miżmuma għal għanijiet tal-biedja

Id-Deċiżjoni 92/583/KEE fuq il-konklużjoni ta’ Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni tal-annimali miżmuma għall-iskopijiet ta’ trobbija

X’INHU L-GĦAN TAL-KONVENZJONI U TAD-DEĊIŻJONI?

L-iskop ta’ din il-konvenzjoni, iffirmata taħt l-awspiċji tal-Kunsill tal-Ewropa, huwa li tistabbilixxi standards komuni minimi għall-protezzjoni ta’ annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja fil-pajjiżi firmatarji.

Il-konvenzjoni ġiet emendata fl-1992 mill-protokoll ta’ emenda.

Id-Deċiżjoni 78/923/KEE u d-Deċiżjoni 92/583/KEE immarkaw rispettivament il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni ta’ annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja u tal-Protokoll ta’ emenda tagħha.

PUNTI EWLENIN

Din il-konvenzjoni tapplika għal annimali mrobbija jew miżmuma għall-produzzjoni ta’ ikel, suf, ġilda jew fer jew għal skopijiet oħra ta’ biedja, inklużi annimali li jirriżultaw minn modifiki ġenetiċi jew kombinamenti ġenetiċi ġodda. Hija tikkonċerna, b’mod partikolari, annimali miżmuma f’sistemi intensivi ta’ trobbija tal-bhejjem.

L-għan tal-konvenzjoni huwa li tipproteġi lill-annimali tar-razzett minn kwalunkwe tbatija jew korriment bla bżonn ikkawżat mill-akkomodazzjoni tagħhom, l-għalf li jingħataw jew il-kura li jirċievu. Sabiex jinkiseb dak l-għan, dawk il-pajjiżi li ffirmaw il-konvenzjoni għandhom jikkonformaw ma’ ċerti regoli li jikkonċernaw, fost affarijiet oħra, il-postijiet tal-biedja (l-ispazju u l-ambjent), l-għalf, is-saħħa tal-annimali u l-organizzazzjoni ta’ spezzjonijiet tal-installazzjonijiet tekniċi użati fis-sistemi intensivi moderni tat-trobbija tal-bhejjem.

Il-konvenzjoni toħloq Kumitat Permanenti biex jissorvelja l-applikazzjoni tagħha. Il-Kumitat jista’ jfassal u jadotta rakkomandazzjonijiet għall-pajjiżi firmatarji.

DATA TA’ DĦUL FIS-SEĦĦ

Il-konvenzjoni daħlet fis-seħħ fl-.

DOKUMENTI EWLENIN

Il-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni ta’ annimali li jinżammu għal skopijiet ta’ biedja (ĠU L 323, , pp. 14-22)

Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni ta’ annimali miżmuma għal Skopijiet ta’ Biedja (ĠU L 395, , pp. 22-24)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 78/923/KEE tad- dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni tal-annimali li jinżammu għal skopijiet ta’ biedja (ĠU L 323, , pp. 12-13)

Deċiżjoni tal-Kunsill 92/583/KEE tal- dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tal-Annimali li miżmuma għal Għanijiet ta’ Biedja (ĠU L 395, , p. 21)

l-aħħar aġġornament