L-Artikolu 187 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jispeċifika li l-UE tista’ tistabbilixxi intrapriżi konġunti (JUs) jew kwalunkwe struttura oħra meħtieġa għall-eżekuzzjoni effiċjenti ta’ programmi tal-UE ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u turija.
L-Artikolu 187 tat-TFUE ntuża taħt il-programmi qafas ta’ riċerka tal-UE sabiex jiġu stabbiliti b’mod partikolari korpi ta’ sħubija pubblika-privata sabiex tkun integrata r-riċerka industrijali f’oqsma speċifiċi.
Il-membri ta’ dawn il-JUs huma normalment l-Unjoni Ewropea (irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea), assoċjazzjonijiet immexxija mill-industrija, kif ukoll sħab oħrajn. Il-JUs jadottaw l-aġenda ta’ riċerka tagħhom stess u jagħtu fondi l-aktar fuq il-bażi ta’ sejħiet miftuħin għal proposti.
Inizjattivi Teknoloġika Konġunta (JTI) huma tip ta’ JUs stabbiliti għall-implimentazzjoni ta’ parti mill-aġenda strateġika ta’ riċerka ta’ inizjattiva industrijali usa’ li tinħoloq l-aktar mix-xogħol ta’ pjattaformi teknoloġiċi Ewropej.
Intrapriżi Konġunti ġew stabbiliti wkoll tħat it-Trattat Euratom (l-Artikoli 45-51).