Hija tippermetti lill-vittmi tal-vjolenza, b’mod partikolari l-vjolenza domestika u l-fastidju sesswali, biex ikomplu jgawdu l-protezzjoni minn trasgressuri meta jmorru f’pajjiż ieħor tal-UE.
Hija tistabbilixxi regoli li jippermettu lill-awtorità ġudizzjarja jew ekwivalenti f’pajjiż wieħed tal-UE biex toħroġ ordni Ewropea ta' protezzjoni meta l-persuna protetta tiċċaqlaq għal pajjiż ieħor tal-UE.
Hija taħdem flimkien mar-Regolament (UE) Nru 606/2013 li jintroduċi proċess sempliċi ta’ ċertifikazzjoni sabiex ordni maħruġa f’wieħed mill-pajjiżi tal-UE tkun tista’ tiġi rikonoxxuta malajr u faċilment f’ieħor.
PUNTI EWLENIN
Biex toħroġ ordni Ewropea ta’ protezzjoni, għandu jkun hemm miżura ta’ protezzjoni nazzjonali eżistenti fis-seħħ f’dak il-pajjiż tal-UE li timponi waħda jew iktar mill-projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet li ġejjin fuq il-persuna li tikkawża periklu lill-persuna protetta:
projbizzjoni fuq id-dħul f'ċerti postijiet jew żoni definiti fejn il-persuna protetta tgħix jew iżżur,
projbizzjoni jew limitu fuq kuntatt, fi kwalunkwe forma, mal-persuna protetta, inkluż permezz tat-telefown, il-posta elettronika jew posta ordinarja, fax jew kwalunkwe mezz ieħor; jew
projbizzjoni jew restrizzjoni fuq approċċ lejn il-persuna protetta eqreb minn distanza stabbilita.
Ħruġ ta’ ordni
Hemm diversi kundizzjonijiet fosthom li:
il-persuna protetta tiddeċiedi li tgħix jew toqgħod, jew diġà tgħix jew toqgħod, f’pajjiż ieħor tal-UE,
il-persuna protetta nfisha titlob l-ordni,
il-persuna li tikkawża l-periklu għandha d-dritt li tinstema’ u li tikkuntesta l-miżura ta’ protezzjoni, jekk dawn m’għandhomx id-dritt li jagħmlu dan qabel l-adozzjoni tal-miżura ta’ protezzjoni oriġinali.
L-ordni tista' tintalab kemm fil-pajjiż tal-UE fejn il-persuna protetta tgħix jew toqgħod (il-pajjiż eżekutur) jew f'dak il-pajjiż li fih se tinħareġ l-ordni (pajjiż emittenti).
Nuqqas ta rikonoxximent ta’ ordni
Il-pajjiż eżekutur jista’ jirrifjuta li jirrikonoxxi ordni għal numru ta’ raġunijiet fosthom:
l-ordni ma tkunx mimlija jew ma tkunx imtliet fil-limitu ta’ żmien stipulat mill-pajjiż eżekutur,
il-miżura ta’ protezzjoni tirrigwarda att li mhuwiex reat kriminali fil-pajjiż ta’ eżekuzzjoni,
il-miżura ta’ protezzjoni ma timponix waħda jew iktar mill-projbizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet stipulati hawn fuq
Jekk il-pajjiż eżekutur jirrifjuta li jirrikonoxxi l-ordni għandu:
jinforma minnufih lill-persuna protetta u lill-pajjiż emittenti li l-ordni ma ġietx rikonoxxuta u jgħid ir-raġunijiet għal dan,
jinforma lill-persuna protetta dwar il-possibiltà li titlob miżura ta’ protezzjoni skont il-liġi nazzjonali tagħha,
jinforma lill-persuna protetta bi kwalunkwe raġuni ta’ appell kontra d-deċiżjoni skont il-liġi nazzjonali tagħha.
Infurzar ta’ ordni
Il-pajjiż eżekutur huwa responsabbli biex jieħu u jinforza miżuri biex iwettaq l-ordni. Jekk l-ordni tinkiser, jista’:
jimponi pieni kriminali u kwalunkwe miżura oħra jekk il-ksur ikun reat kriminali f’dak il-pajjiż,
jieħu kwalunkwe deċiżjoni mhux kriminali relatata mal-ksur,
jieħu kwalunkwe miżura urġenti u temporanja sabiex jintemm il-ksur qabel tittieħed deċiżjoni sussegwenti mill-pajjiż emittenti.
META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?
Daħlet fis-seħħ fl-. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fil-liġi nazzjonali tagħhom mill-.
SFOND
Ara “Vittmi” fuq is-sit elettroniku tal-Ġustizzja tal-Kummissjoni Ewropea.
ATT
Direttiva 2011/99/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- dwar l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni (ĠU L 338, , p. 2–18)
ATTI RELATATI
Regolament (KE) Nru 606/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta’ protezzjoni f’materji ċivili (ĠU L 181, , p. 4–12)