Ftehim dwar l-estradizzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka
Il-ftehim jistipula l-kundizzjonijiet fir-rigward tal-estradizzjoni tal-awturi tar-reati bejn l-UE u l-Istati Uniti bil-għan li tittejjeb il-kooperazzjoni fi ħdan ir-relazzjonijiet ta’ estradizzjoni applikabbli tagħhom.
Id-deċiżjoni tikkonkludi f’isem l-UE l-ftehim dwar l-estradizzjoni mal-Istati Uniti.
Il-ftehim jissupplimenta t-trattati bilaterali dwar l-estradizzjoni bejn il-pajjiżi tal-UE u l-Istati Uniti u jsaħħaħ il-kooperazzjoni fil-kuntest tar-relazzjonijiet applikabbli dwar l-estradizzjoni.
Reati li jwasslu għall-estradizzjoni jikkonsistu minn:
Jekk il-pajjiż rikjest jagħti estradizzjoni għal reat li jwassal għall-estradizzjoni, dan jeħtieġlu jagħti wkoll estradizzjoni għal kull reat ieħor inkluż fit-talba, sakemm ir-reat l-ieħor ikun punibbli b’mhux anqas minn sena priġunerija u r-rekwiżiti l-oħra kollha għall-estradizzjoni jkunu ssodisfati.
Il-ftehim daħal fis-seħħ fl-.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Ftehim dwar l-estradizzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 181, , pp. 27-33)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/820/PESK tat- dwar il-konklużjoni f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim dwar l-estradizzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Ftehim dwar l-għajnuna legali reċiproka bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 291, , pp. 40-41)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/516/KE tas- li tirrigwarda l-firma ta’ numru ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar l-estradizzjoni u l-għajnuna legali reċiproka f’materji kriminali (ĠU L 181, , pp. 25-26)
l-aħħar aġġornament