Kodiċi dwar il-Viżi

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 li jistabbilixxi l-Kodiċi tal-UE dwar il-Viżi

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

PUNTI EWLENIN

Proċeduri u kondizzjonijiet għall-ħruġ ta’ viżi

L-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea (UE) li huwa l-unika destinazzjoni jew id-destinazzjoni ewlenija taż-żjara huwa responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għal viża. Jekk id-destinazzjoni ewlenija ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata, issir ir-responsabbiltà tal-pajjiż tal-ewwel dħul fiż-żona Schengen.

Applikazzjonijiet

Viża uniformi (valida għaż-żona Schengen kollha) tista’ tkun għal dħul multiplu b’validità massima ta’ 5 snin.

Viża b’validità territorjali limitata (limitata għal Stati Membri partikolari) tista’ tinħareġ eċċezzjonalment f’każijiet fejn l-applikant ma jissodisfax il-kondizzjonijiet kollha tad-dħul, għal raġunijiet umanitarji, għal raġunijiet ta’ interess nazzjonali, minħabba obbligi internazzjonali jew f’sitwazzjonijiet fejn pajjiżi oħra ta’ Schengen ikkonsultati joġġezzjonaw għall-ħruġ ta’ viża.

Ammissibbiltà

Wara li tivverifika jekk l-applikazzjoni hijiex ammissibbli (jiġifieri sottomessa skont ir-regoli), l-awtorità kompetenti għandha:

Skont ir-Regolament (UE) 2021/1134 emendatorju, il-kontrolli tal-isfond fuq l-applikanti jissaħħu qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar l-għoti ta’ viża. Huma stabbiliti regoli u proċeduri għal tfittxijiet f’bażijiet ta’ data sensittivi u mhux sensittivi tal-UE li fihom informazzjoni dwar is-sigurtà u l-migrazzjoni. Ladarba jidħlu fis-seħħ, l-Istati Membri jkunu jeħtieġu li jiġbru identifikaturi bijometriċi tal-applikant li jinkludu immaġni tal-wiċċ u 10 marki tas-swaba’ (għall-ħżin fil-VIS) u, meta tiġi sottomessa l-ewwel applikazzjoni u sussegwentement mill-inqas kull 59 xahar wara dan, l-applikant għandu jidher personalment.

Jekk l-applikazzjoni tkun inammissibbli, l-awtorità jkollha:

Viża ta’ tranżitu minn ajruport

Viżi għal dħul multiplu

Viżi għal dħul multiplu b’validità twila jistgħu jinħarġu għal dħul wieħed, tnejn jew dħul multiplu. Il-Kodiċi dwar il-Viżi jistabbilixxi regoli dwar il-ħruġ ta’ viżi għal dħul multiplu b’tul ta’ validità progressivament itwal:

Viżi ta’ tranżitu minn ajruport u viżi limitati għal pajjiżi partikolari ma jitqisux meta jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-ħruġ ta’ viżi għal dħul multiplu b’validità twila.

Viżi maħruġa fil-fruntieri esterni

Deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet għal viża

Kooperazzjoni dwar ir-riammissjoni

Ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem u għad-drittijiet fundamentali

Ir-Regolament emendatorju (UE) 2021/1134 jintroduċi wkoll stipulazzjonijiet li l-persunal tal-awtoritajiet konsulari u ċentrali tal-Istati Membri għandu jirrispetta bis-sħiħ id-dinjità tal-bniedem u d-drittijiet u l-prinċipji fundamentali rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE meta jwettaq id-dmirijiet tiegħu. M’għandux jiddiskrimina kontra persuni minħabba s-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, diżabilitajiet, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.

Emendi u tħassir

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

SFOND

Ara wkoll:

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, , pp. 1–58).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 810/2009 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament