Il-GSP tal-UE, li nħolqot għall-ewwel darba fl-1971, hija skema li tippermetti lill-pajjiżi vulnerabbli li qed jiżviluppaw iħallsu tariffi aktar baxxi fuq l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-UE. Ir-regoli tal-GSP ġew riveduti fl-2012 skont ir-Regolament (UE) Nru 978/2012.
Il-GSP għandha l-għan li tagħti spinta lill-ekonomiji tal-pajjiżi kkonċernati, tnaqqas il-faqar u toħloq l-impjiegi. B’dan il-mod, dawn il-pajjiżi jistgħu jintegraw aħjar fl-ekonomija globali billi jesportaw il-prodotti tagħhom lejn l-UE.
Abbażi ta’ valuri u prinċipji internazzjonali, inklużi d-drittijiet tax-xogħol u tal-bniedem, il-GSP tinkludi:
L-UE tista’ tissospendi temporanjament l-iskema fejn, pereżempju, pajjiż li qed jiżviluppa jikser il-konvenzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol, jinvolvi ruħu fi prattiki kummerċjali inġusti jew ma jirrispettax il-kontrolli doganali (eż. jippermetti l-esportazzjoni jew it-tranżitu ta’ drogi illegali).