Konċessjonijiet eżentati mit-taxxa: importazzjonijiet permanenti ta’ proprjetà personali

SOMMARJU TA’:

Direttiva 2009/55/KE dwar eżenzjonijiet mit-taxxa applikabbli għall-introduzzjoni permanenti minn xi Stat Membru tal-proprjetà personali ta’ individwi

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

L-għan tagħha huwa li tikkodifika d-Direttiva 83/183/KEE dwar eżenzjonijiet mit-taxxa applikabbli għall-introduzzjoni permanenti minn xi Stat Membru tal-proprjetà personali1 ta’ individwi minn pajjiż tal-UE ieħor.

PUNTI EWLENIN

Din id-direttiva tipprovdi eżenzjoni għal proprjetà personali li hija introdotta b’mod permanenti minn pajjiż tal-UE ieħor minn individwi privati minn taxxi tal-konsum li normalment japplikaw għal tali proprjetà.

Din il-proprjetà la għandu jkollha natura kummerċjali u lanqas tkun maħsuba għal attività ekonomika. L-għodod meħtieġa għall-eżerċizzju tal-kummerċ jew professjoni ta’ persuna, madankollu, għandhom jiġu ttrattati bħala proprjetà personali.

Żwiemel ta’ rkib, vetturi tat-triq bil-mutur (inklużi t-trejlers tagħhom), karavans, djar mobbli, dgħajjes tad-divertiment u inġenji tal-ajru privati jistgħu jingħataw eżenzjoni biss jekk l-individwu privat ikkonċernat jittrasferixxi r-residenza normali2 tiegħu lejn il-pajjiż destinatarju tal-UE.

Vetturi tat-triq bil-mutur (inklużi t-trejlers tagħhom), karavans, djar mobbli, dgħajjes tad-divertiment u inġenji tal-ajru privati m’għandhomx jinbiegħu, jinkrew jew jiġu mislufa matul it-12-il xahar wara l-introduzzjoni tagħhom eżenti mit-taxxa,, ħlief f’ċirkostanzi ġġustifikati għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż destinatarju tal-UE.

L-introduzzjoni tal-proprjetà tista’ ssir kollha f’daqqa jew fi stadji, u għal kwalunkwe raġuni minn dawn li ġejjin:

Bl-eċċezzjoni ta’ ċerti oġġetti, il-pajjiżi tal-UE għandhom id-dritt li jżommu jew jintroduċu kundizzjonijiet iktar liberali għall-għoti ta’ eżenzjonijiet mit-taxxa minn dawk li jinsabu f’din id-direttiva.

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Ilha tapplika mit-. Id-Direttiva 2009/55/KE tikkodifika u tissostitwixxi d-Direttiva 83/183/KEE li kellha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE sal-.

TERMINI EWLENIN

  1. Proprjetà personali: proprjetà għall-użu personali tal-persuni kkonċernati jew il-bżonnijiet tal-unitajiet domestiċi tagħhom.
  2. Residenza normali: il-post fejn normalment tgħix persuna (għal mill-inqas 185 jum f’kull sena kalendarja) minħabba rabtiet personali u okkupazzjonali, jew fil-każ ta’ persuna mingħajr rabtiet okkupazzjonali, minħabba rabtiet personali li juru rabtiet mill-qrib bejn dik persuna u l-post li tgħix fih.

DOKUMENT EWLIENI

Direttiva tal-Kunsill 2009/55/KE tal- dwar eżenzjonijiet mit-taxxa applikabbli għall-introduzzjoni permanenti minn Stat Membru tal-proprjetà personali ta’ individwi (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 145, , p. 36-41)

l-aħħar aġġornament