Huwa jistabbilixxi qafas legali għall-prodotti organiċi. Dan għandu l-objettivi bażiċi u l-prinċipji ġenerali għal biedja organika u jelenka r-regoli dwar il-produzzjoni, it-tikkettar, il-kontrolli u l-kummerċ ma’ pajjiżi mhux tal-Unjoni Ewropea (UE).
Fl-armonizzazzjoni tar-regoli dwar il-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll ta’ prodotti organiċi, huwa jfittex li jiżgura li jkun hemm
Ir-Regolament (UE) Nru 834/2007 tħassar u ġie sostitwit mir-Regolament (UE) 2018/848 (ara s-sommarju) b’effett mill-1 ta’ Jannar 2022. Madanakollu, dan ser jibqa’ fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2026 biex jikkonkludi l-eżaminazzjoni ta’ applikazzjonijiet pendenti minn pajjiżi mhux tal-UE.
Kamp ta’ applikazzjoni
Il-qafas jirregola:
Objettivi u prinċipji
L-objettivi jiffukaw fuq agrikoltura sostenibbli u kwalità tal-produzzjoni, li għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-konsumaturi.
Il-prinċipji ġenerali jikkonċernaw, pereżempju, metodi ta’ produzzjoni speċifiċi, l-użu ta’ riżorsi naturali u restrizzjonijiet stretti fuq inputs kimiċi sintetiċi.
Dan jistipula wkoll prinċipji speċifiċi li jikkonċernaw il-biedja, l-ipproċessar ta’ ikel organiku u għalf tal-annimali organiku.
Regoli dwar il-produzzjoni
Skont ir-regoli ġenerali għall-produzzjoni organika, l-organiżmi ġenetikament modifikati (GMOs) huma pprojbiti fil-forom kollha tagħhom. Ir-regoli li jikkonċernaw it-tikkettar tal-ikel jippermettu lill-operaturi jiżguraw il-konformità ma’ din il-projbizzjoni. It-trattament permezz ta’ radjazzjoni jonizzanti wkoll huwa pprojbit.
Dawk li jixtiequ joperaw sew il-produzzjoni agrikola organiku kif ukoll dik mhux organika jridu jiżguraw li l-annimali u l-art għal dawn iż-żewġ tipi ta’ agrikolutura huma separati.
Il-produzzjoni tal-pjanti organika għandha tikkonforma ma’ ċerti regoli li jikkonċernaw:
Pjanti selvaġġi li jinġabru f’xi żoni wkoll huma kklassifikati bħala prodotti organiċi jekk jikkonformaw ma’ ċerti kundizzjonijiet relatati mal-ħsad u l-provenjenza tagħhom (eż. il-post fejn dawn inġabru ma ġiex ittrattat bi prodotti li mhumiex awtorizzati għal tal-inqas 3 snin). L-alka wkoll tista’ titqies bħala prodott organiku sakemm iż-żona tal-produzzjoni u l-ħsad tagħha tkun konformi ma’ ċerti kundizzjonijiet.
Il-produzzjoni tal-bhejjem organika għandha tikkonfnorma ma’ ċerti regoli li jikkonċernaw:
Japplikaw regoli speċifiċi simili għall-annimali tal-akkwakultura.
Il-Kummissjoni tawtorizza l-użu ta’ numru limitat ta’ prodotti u sustanzi fil-biedja organika. Dawn il-prodotti jistgħu jkunu intiżi għall-kura tal-pjanti, għall-għalf tal-annimali u għat-tindif ta’ bini li jintuża għall-produzzjoni tal-pjanti u tal-bhejjem. Il-Kummissjoni tista’ tiffissa wkoll ċerti limiti u kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawn il-prodotti.
L-ażiendi li jkunu ser jidħlu f’attività ġdida tal-biedja organika għandhom jikkonformaw ma’ perjodu ta’ konverżjoni — fażi ta’ transizzjoni li matulha għandhom jiġi rrispettati l-prattiki organiċi. Ir-Regolament jistipula regoli li jirregolaw dan il-perjodu ta’ konverżjoni.
Għalf ipproċessat organiku għandu jkun fih materja prima organika u ma jistax jiġi pproċessat bl-użu ta’ solventi kimiċi. L-ikel ipproċessat għandu jkun fih primarjament ingredjenti ta’ oriġini agrikola. Huma permessi ingredjenti oħrajn jekk tkun intalbet awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni. Il-ħmira organika għandha tiġi prodotta minn sottostrati organiċi u minn ingredjenti awtorizzati oħrajn.
Il-Kummissjoni tista’ tagħmel eċċezzjonijiet għad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-għanijiet, ir-regoli tal-produzzjoni u t-tikkettar. Dawn l-eċċezzjonijiet għandhom ikunu limitati fiż-żmien u għandhom japplikaw għal ċerti każijiet partikolari.
Tikkettar
It-tikkettar, ir-reklamar jew id-dokumenti kummerċjali jistgħu juażw termini bħal “eko” u “bijo” biex jiddeskrivu prodott organiku, l-ingredjenti tiegħu jew il-materja prima.
It-tikkettar ta’ prodott organiku għandu jkun viżibbli b’mod ċar fuq l-imballaġġ u għandu jinkludi referenza għall-korp ta’ kontroll li jiċċertifika l-prodott ikkonċernat.
Sa mill-1 ta’ Lulju 2010, kien obbligatorju l-użu tal-logo tal-UE fuq prodotti tal-ikel organiku, bħalma kienet indikazzjoni tal-provenjenza tal-materja prima li ntużat fil-prodott. Din l-indikazzjoni għandha tintwera fl-istess post fejn ikun hemm il-logo tal-UE.
Kontrolli
Il-konformità mad-dispożizzjonijiet li fih dan ir-Regolament hija ggarantita minn sistema ta’ kontrolli bbażata fuq ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 u miżuri ta’ prekawzjoni u kontroll imfassla mill-Kummissjoni. Din is-sistema tiggarantixxi t-traċċabbiltà tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 178/2002.
Valutazzjoni tar-riskju ta’ ksur tiddetermina t-tip u l-frekwenza tal-kontrolli. Dawn ser ikunu organizzati mill-awtoritajiet maħtura mill-Istati Membri tal-UE. Taħt ċerti kundizzjoniijet, dawn l-awtoritajiet jistgħu jiddelegaw id-dmirijiet ta’ kontroll lil korpi akkreditati, iżda jibqgħu responsabbli għas-superviżjoni tal-kontrolli mwettqa u l-għoti tal-eżenzjonijiet. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’mod regolari dwar il-lista ta’ awtoritajiet u korpi ta’ kontroll.
L-awtoritajiet għandhom jikkontrollaw ukoll l-attivitajiet ta’ kull operatur involut fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott organiku qabel dan jitqiegħed fis-suq.
Wara dan il-kontroll, l-operatur jirċievi ċertifikazzjoni li jikkonforma ma’ dan ir-Regolament. Jekk jiġu nnotati irregolaritajiet, l-awtorità għandha tiżgura li t-tikkettar tal-prodotti inkwistjoni ma jkun fih ebda referenza għall-produzzjoni organika.
Kummerċ ma’ pajjiżi mhux tal-UE
Il-prodotti minn pajjiżi tal-UE jistgħu wkoll jinbiegħu fis-suq tal-UE bħala prodotti organiċi sakemm dawn jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament u jekk ikunu ġew soġġetti għal kontroll. Dan il-kontroll jista’ jsir jew minn korp rikonoxxut mill-UE, jew minn korp ta’ kontroll akkreditat.
Sorveljanza tal-kummerċjalizzazzjoni u statistika
Il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott organiku ma għandha tixxekkel b’ebda mod minn xi awtorità ta’ Stat Membru tal-UE li ma tkunx l-awtorità li tkun spezzjonat il-prodott.
Il-Kummissjoni twettaq attivitajiet ta’ sorveljanza statistika abbażi tad-dejta pprovduta mill-Istati Membri tal-UE. Il-Kumitat Regolatorju dwar il-Biedja Organika jgħin lill-Kummissjoni fid-definizzjoni ta’ politiki għall-biedja organika.
Revoka
Regolament (UE) 2018/848 iħassar u jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 834/2007 b’effett mill-1 ta’ Jannar 2022, għalkemm ir-regolament aħħari ser jibqa’ fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2026 biex jikkonkludi l-eżaminazzjoni ta’ applikazzjonijiet pendenti minn pajjiżi mhux tal-UE.
Ilha tapplika mid-1 ta’ Jannar 2009.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru.834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 odwar il-produzzjoni organika u t-tikkettjar. ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, pp. 1-23).
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 834/2007 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettjar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, pp. 1-92).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni organika, it-tikkettar u l-kontroll (ĠU L 250, 18.9.2008, pp. 1-84).
Ara l-verżjoni konsolidata.
l-aħħar aġġornament 07.11.2022