Monitoraġġ taż-żoonożi u tal-aġenti żoonotiċi

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 2003/99/KE rigward il-monitoraġġ tal-mard u l-infezzjonijiet tal-annimali

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Tistipula r-rekwiżiti minimi li jridu jiġu ssodisfati fil-pajjiżi kollha tal-UE għat-tisħiħ tas-sistemi eżistenti tagħhom li jimmonitorjaw il-mard u l-infezzjonijiet li jistgħu jiġu trażmessi bejn l-annimali u l-bnedmin b’mod dirett jew indirett.

PUNTI EWLENIN

Id-direttiva tagħti spinta lill-monitoraġġ, mill-pajjiżi tal-UE, ta’:

Aktar monitoraġġ taż-żoonożi u tar-reżistenza għall-antimikrobiċi

Il-pajjiżi tal-UE huma responsabbli għall-istabbiliment u għaż-żamma ta’ sistemi ta’ monitoraġġ. Il-monitoraġġ isir fil-livell tal-produzzjoni primarja2 jew fi stadji oħrajn tal-katina tal-ikel, kemm rigward l-għalf tal-annimali kif ukoll rigward l-ikel maħsub għall-konsum mill-bniedem.

Bħala prijorità, il-monitoraġġ jikkonċerna ż-żoonożi li ġejjin:

Skont is-sitwazzjoni epidemjoloġika, il-monitoraġġ jikkonċerna wkoll:

Metodi ta’ monitoraġġ

F’xi każijiet, id-dejta miġbura permezz tal-monitoraġġ b’rutina mhix suffiċjenti. Programmi koordinati ta’ monitoraġġ għal waħda jew aktar żoonożi jistgħu jkunu meħtieġa għall-valutazzjoni ta’ riskji speċifiċi jew l-istabbiliment tal-valuri bażali.

Il-pajjiżi tal-UE huma responsabbli biex jiżguraw li l-monitoraġġ jipprovdi dejta komparabbli dwar l-okkorrenza tar-reżistenza għall-antimikrobiċi fl-aġenti żoonotiċi u, fejn ikun meħtieġ, f’aġenti importanti oħrajn.

Il-monitoraġġ taż-żoonożi, tal-aġenti żoonotiċi u tar-reżistenza għall-antimikrobiċi fl-ikel, fl-għalf u fl-annimali jissupplimenta l-monitoraġġ tal-iżolati umani b’konformità mad-Deċiżjoni 1082/2013/UE rigward l-indirizzar tat-theddid transkonfinali serju għas-saħħa.

L-investigazzjoni tat-tifqigħat ikkawżati mill-ikel

L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi tal-UE jeħtiġilhom jinvestigaw it-tifqigħat ikkawżati mill-ikel filwaqt li jiġbru dejta dwar il-profil epidemjoloġiku, l-oġġetti tal-ikel potenzjalment implikati u l-kawżi potenzjali.

Il-kondiviżjoni tal-informazzjoni

MINN META TAPPLIKA DIN ID-DIRETTIVA?

Ilha tapplika mit-. Kellha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE sat-.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

  1. Reżistenza għall-antimikrobiċi: l-abbiltà ta’ mikroorganiżmu li jibqa’ ħaj jew li jikber f’konċentrazzjoni partikolari ta’ aġent antimikrobiku li normalment tkun suffiċjenti biex twaqqaf jew toqtol il-mikroorganiżmi tal-istess speċi.
  2. Produzzjoni primarja: il-produzzjoni, it-tkabbir jew il-kultivazzjoni ta’ prodotti primarji, inklużi t-trobbija l-ipproċessar u l-produzzjoni ta’ annimali tar-razzett qabel il-qtil. Tkopri wkoll il-kaċċa, is-sajd u l-ħsad ta’ prodotti selvaġġi.

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- rigward il-monitoraġġ taż-żoonożi u tal-aġenti żoonotiċi, temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE u tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/117/KEE (ĠU L 325, , pp. 31-40)

Emendi suċċessivi għad-Direttiva 2003/99/KE ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament