Emissjonijiet industrijali u tat-trobbija tal-bhejjem

 

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 2010/75/UE dwar emissjonijiet industrijali u tat-trobbija tal-bhejjem

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Id-direttiva tintroduċi regoli (emendati fl-2024) mfassla biex jipprevjenu jew, fejn dak ma jkunx prattiku, kontinwament inaqqsu tniġġis tal-arja, ilma u tal-art minn emissjonijiet industrijali u emissjonijiet mit-trobbija ta’ bhejjem fl-Unjoni Ewropea (UE), inklużi ossidu tan-nitroġenu, ammonijaka, merkurju, metan u diossidu tal-karbonju.

Biex tikseb livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa umana u l-ambjent, din ukoll għandha l-għan li

PUNTI EWLENIN

Kamp ta’ applikazzjoni

Il-leġiżlazzjoni tkopri attivitajiet fuq skala industrijali fis-setturi li ġejjin (kapaċitajiet minimi ser japplikaw):

L-installazzjonijiet kollha koperti mid-direttiva għandhom jipprevjenu u jnaqqsu t-tniġġis billi japplikaw l-aqwa tekniki disponibbli (BATs) u jindirizzaw l-użu effiċjenti tal-enerġija, ilma u riżorsi flimkien mal-prevenzjoni u l-immaniġġjar tal-iskart.

Prinċipji ġenerali

L-Istati Membri tal-UE jridu jieħdu l-miżuri neċessarji biex jassikuraw li installazzjonijiet joperaw konformi mal-prinċipji li ġejjin:

Permessi

L-innovazzjoni

Il-leġiżlazzjoni għandha sett regoli biex taċċelera u tiffaċilita l-iskjerar ta’ tekniki innovattivi f’installazzjonijiet industrijali, biex tikkontribwixxi għall-objettiv ta’ tniġġis żero, dekarbonizzazzjoni u ekonomija ċirkolari sal-2050. Dan jinkludi l-ħolqien ta’ ċentru ddedikat għall-ġbir u analiżi ta’ informazzjoni fuq tekniki innovattivi (Ċentru Ewropew tal-Innovazzjoni għal Trasformazzjoni Industrijali u Emissjonijiet).

Regoli speċifiċi

Id-direttiva tistabbilixxi rekwiżiti minimi għal setturi speċifiċi f’kapitoli separati. Din tinkludi regoli speċifiċi, fost suġġetti oħra, għal:

Informazzjoni pubblika u infurzar tal-parteċipazzjoni.

Konformi mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-aċċess għall-informazzjoni, parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, l-informazzjoni pubblika u parteċipazzjoni huma obbligatorji għall-għoti ta’ permessi ġodda kollha u kwalunkwe reviżjoni tagħhom.

Il-leġiżlazzjoni għandha fokus qawwi fuq il-protezzjoni tas-saħħa umana li hi objettiv espliċitu tad-direttiva dwar emissjonijiet industrijali. Din tistabbilixxi wkoll id-dritt għan-nies biex ifittxu kumpens għall-ħsara lis-saħħa tagħhom ikkawżata minn tniġġis illeġali.

Aċċess għall-ġustizzja hu pprovdut għal membri tal-pubbliku ikkonċernat, konsistenti mal-ogħla standards issettjati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewopea, biex jikkontribwixxi għall-protezzjoni tad-dritt tagħhom li jgħixu f’ambjent li hu xieraq għas-saħħa personali u benesseri.

Id-direttiva ssejjaħ lill-Istati Membri biex jistabbilixxu pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi għal ksur, waqt li jqisu s-severità u d-durata tal-ksur, jekk kienx rikorrenti u n-nies u l-ambjent li kien affettwat bih.

Il-pieni jridu jinkludu multi, li, għall-ksur l-aktar serju jrid jammonta għal tal-inqas 3% tal-fatturat annwali tal-operatur fl-UE.

MINN META JAPPLIKAW IR-REGOLI?

Id-direttiva 2010/75/UE kellha tkun inkorporata fil-liġi nazzjonali sas-7 ta’ Jannar 2013. Ir-regoli li hemm fid-direttiva jridu japplikaw mill-istess data.

Id-direttiva emendatorja 2024/1785 trid tkun inkorporata fil-liġi nazzjonali sal-1 ta’ Lulju 2026. Ir-regoli li hemm fid-direttiva jridu japplikaw mill-istess data.

SFOND

Id-Direttiva Emendatorja (UE) 2024/1785 tbiddel it-titolu tad-Direttiva 2010/75/UE biex tinkludi emissjonijiet mit-trobbija tal-bhejjem u temenda wkoll id-Direttiva 1999/31/KE dwar il-miżbla tal-iskart

Id-Direttiva 2011/92/UE tissettja r-regoli għal valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali ta’ firxa wiesgħa ta’ proġetti pubbliċi u privati.

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT PRINĊIPALI

Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (riformulazzjoni) (ĠU L 334, 17.12.2010, pp. 17–119).

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2010/75/UE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) 2024/1244 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 t’April 2024 dwar ir-rapportar ta’ data ambjentali minn installazzjonijiet industrijali, li tistabbilixxi Portal tal-Emissjonijiet Industrijali u li tħassar ir-Regolament (KE) Nru. 166/2006 (ĠU L., 2024/1244, 2.5.2024).

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/119/UE tal-10 ta’ Frar 2012 li tistipula r-regoli rigward gwida dwar il-ġbir tad-data u t-tfassil tad-dokumenti ta’ referenza tal-BAT u dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità tagħhom imsemmija fid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (ĠU L 63, 2.3.2012, pp. 1–39).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 02.09.2024