Il-fwar tal-petrol li joħroġ waqt ir-riforniment bil-karburant tal-vetturi bil-mutur huwa ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. B’direttiva tal-2009, l-Unjoni Ewropea (UE) qed tieħu azzjoni biex tirkupra dan il-fwar.
Din tiżgura l-irkupru ta’ fwar tal-petrol dannuż li nkella joħroġ waqt ir-riforniment ta’ vettura bil-mutur fi stazzjon tas-servis. Il-pompi tal-petrol ta’ ħafna stazzjonijiet tas-servis tal-UE se jkollhom ikunu mgħammra biex jirkupraw dan il-fwar.
Il-petrol huwa taħlita kumplessa ta’ komposti organiċi volatili li jevaporaw mal-ewwel fl-arja, fejn jikkontribwixxu għal diversi problemi ta’ tniġġis. Dawn jinkludu livelli eċċessivi ta’ benżin tossiku fl-arja tal-ambjent u l-formazzjoni fotokimika tal-ożonu li huwa sustanza li tniġġes l-arja li tikkawża mard respiratorju bħall-ażma. Barra minn hekk, l-ożonu huwa gass b’effett ta’ serra.
Għal aktar informazzjoni, ara Il-Ħażna u d-Distribuzzjoni tal-Petrol fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea.
Direttiva 2009/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar il-Fażi II tal-irkupru tal-fwar tal-petrol waqt ir-riforniment bil-karburant tal-vetturi bil-mutur fl-istazzjonijiet ta’ servizz
l-aħħar aġġornament