Dan jistabbilixxi rekwiżiti uniformi għall-klassifikazzjoni, għat-tikkettar u għall-imballaġġ (CLP) ta’ sustanzi kimiċi u ta’ taħlitiet skont is-Sistema globalment armonizzata (GHS) tan-Nazzjonijiet Uniti. Jeħtieġ li l-kumpaniji jikklassifikaw, jittikkettaw u jimballaw sustanzi kimiċi perikolużi kif xieraq qabel ma jqegħduhom fis-suq.
L-oqsma ewlenin mhux koperti minn dan ir-regolament huma: sustanzi u taħlitiet radjuattivi, kożmetiċi, mediċini u ċertu tagħmir mediku, ikel u t-trasport ta’ oġġetti perikolużi.
Is-sustanzi u t-taħlitiet huma kklassifikati fi klassijiet speċifiċi tal-periklu (tip ta’ periklu) u f’kategoriji speċifiċi tal-periklu (livell ta’ periklu):
L-Anness I jistabbilixxi l-kriterji għall-klassifikazzjoni u għat-tikkettar ta’ sustanzi u ta’ taħlitiet perikolużi.
Is-sustanzi u t-taħlitiet għandhom jiġu ttikkettati bl-informazzjoni sussegwenti:
L-imballaġġ ta’ sustanzi u ta’ taħlitiet perikolużi jrid:
F’xi każijiet, hemm bżonn qafliet reżistenti għat-tfal u twissijiet li jintmessu.
L-industrija għandha tilħaq kunsens dwar il-klassifikazzjoni tas-sustanzi kollha (klassifikazzjoni tagħha nnifisha). Madankollu, għal perikli partikolarment serji, (eż. għal sustanzi li huma karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni), l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE) jistgħu jipproponu klassifikazzjonijiet armonizzati li l-Kummissjoni Ewropea mbagħad tagħmilhom obbligatorji bil-liġi.
Il-klassifikazzjoni u t-tikkettar ta’ kwalunkwe sustanza reġistrata jew perikoluża ta’ REACH għall-bejgħ iridu jiġu notifikati lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għall-inklużjoni fl-inventarju tal-klassifikazzjoni u tat-tikkettar li l-Aġenzija taġġorna b’mod regolari.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu korpi appuntati (komunement magħrufa bħala ċentri ta’ avvelenament) biex jirċievu informazzjoni dwar il-kompożizzjoni ta’ taħlitiet perikolużi (deterġenti, żebgħa, adeżivi, eċċ.). Fornituri ta’ prodotti kimiċi perikolużi għandhom jipprovdu informazzjoni liċ-ċentri nazzjonali ta’ avvelenament għal reazzjonijiet tas-saħħa f’emerġenza.
Ir-regolament għandu tmien annessi:
Mill-adozzjoni tiegħu fl-2008, ir-regolament ġie emendat kważi fuq bażi annwali, fejn il-klassifikazzjoni armonizzata u t-tikkettar ta’ sustanzi perikolużi ġew aġġornati permezz ta’ adattament għall-progress tekniku (ATP). Il-Kummissjoni adottat ATP wara l-opinjoni xjentifika tal-Kumitat dwar l-Assessjar tar-Riskju ta’ ECHA. Tibdiliet oħrajn lit-test legali jistgħu wkoll jiġu implimentati permezz ta’ ATP, bħal dawk li jimplimentaw emendi tal-GHS u ż-żieda tal-Anness VIII għar-regolament (ara wkoll il-verżjoni konsolidata tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008). Ħafna mill-emendi li saru huma relatati mal-annessi tar-regolament.
Ilu tjapplika mill-. Beda japplika b’mod obbligatorju għas-sustanzi mill- u għat-taħlitiet mill-.
Ir-regolament jissupplimenta s-sistema REACH għar-reġistrazzjoni, l-evalwazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni tas-sustanzi kimiċi. Jissostitwixxi u jirrevoka d-Direttiva 67/548/KEE dwar is-sustanzi kimiċi u d-Direttiva 1999/45/KE dwar il-preparazzjonjijiet perikolużi.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- dwar il-klassifikazzjoni, it-ttikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, , pp. 1–1355).
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
l-aħħar aġġornament