Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA), ibbażata fil-Lussemburgu, bdiet il-ħidma tagħha fl-1977. Din hija l-awditur estern indipendenti u l-gwardjana tal-finanzi tal-Unjoni Ewropea (UE). Hija topera skont ir-regoli stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (l-Artikoli 285–287).

Il-QEA għandha madwar 900 impjegat tan-nazzjonalitajiet kollha tal-UE. Hija magħmula minn membru wieħed minn kull Stat Membru tal-UE, maħtur għal sitt snin (rinnovabbli) mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew. Il-membri tal-QEA jaħtru l-President, li l-mandat tiegħu huwa għal tliet snin (rinnovabbli). Il-membri kollha huma meħtieġa li jaqdu dmirijiethom fl-interess ġenerali tal-UE u b’indipendenza sħiħa.

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri:

ARA WKOLL