L-Intelliġenza artifiċjali (IA) hija teknoloġija li turi imġiba simili għal dik umana. Hija tinvolvi software li juża tagħlim bil-magni u għodod oħrajn biex jipproċessa informazzjoni minn ammonti kbar ta’ data permezz ta’ sensers, data diġitali jew tip ta’ dħul ieħor biex jiġġeneraw imġiba bbażata fuq mudelli mibnija permezz ta’ dawk id-data. Dan is-software jippermetti lill-magni jieħdu deċiżjonijiet li normalment jittieħdu mill-bnedmin.
B’reazzjoni għas-sejħa tal-mexxejja tal-Unjoni Ewropea (UE) għal approċċ tal-UE lejn l-IA, fl-2018 il-Kummissjoni Ewropea pproponiet approċċ biex l-opportunitajiet offruti mill-IA jintużaw sal-massimu filwaqt li jiġu indirizzati l-isfidi ġodda li ġġibu magħha. Dan l-approċċ madwar l-UE kollha għandu tliet għanijiet:
Fl-2021, dan ġie segwit minn pakkett iktar komprensiv dwar l-IA li jinvolvi:
Iktar proposti leġiżlattivi huma ppjanati. Dawn ser jimmiraw biex jirrevedu xi leġiżlazzjoni settorjali dwar is-sigurtà tal-UE (eż. dwar makkinarju u dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodott) u jindirizzaw temi tas-sigurtà relatati ma’ teknoloġiji ġodda.
Permezz tal-programmi Ewropa Diġitali u Orizzont Ewropa, il-Kummissjoni qed tippjana li tinvesti EUR 1 biljun kull sena fl-IA. Dan ser jimmobilizza investimenti addizzjonali mis-settur privat u mill-Istati Membri sabiex jintlaħaq volum ta’ investiment annwali ta’ EUR 20 biljun matul l-10 snin li ġejjin.