L-istimolu tat-turiżmu internazzjonali fl-Ewropa

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea (COM(2010) 352 final) — L-Ewropa, l-ewwel destinazzjoni turistika fid-dinja - qafas politiku ġdid għat- turiżmu Ewropew

X’INHU L-GĦAN TAL-KOMUNIKAZZJONI?

PUNTI EWLENIN

Aġenda ġdida għall-azzjoni

F’konformità mal-istrateġija “Ewropa 2020” għat-tkabbir, l-aġenda għal azzjoni fuq livell tal-UE favur it-turiżmu, stabbilita fil-komunikazzjoni 2010, li tiffoka fuq erba’ prijoritajiet:

  1. Il-kompetittività fis-settur tat-turiżmu Ewropew permezz ta’:
    • spinta lill-innovazzjoni fit-turiżmu, pereżempju, tgħinha biex tadatta għall-iżviluppi tas-suq fil-qasam tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni u l-innovazzjoni (eż. t-turiżmu diġitali);
    • it-titjib ta’ ħiliet professjonali fis-settur permezz tal-promozzjoni ta’ opportunitajiet offruti minn diversi programmi tal-UE, bħal fl-oqsma tat-tagħlim tul il-ħajja fil-programm Erasmus+ jew il-programm COSME għal intrapriżi żgħar u medji (SMEs);
    • l-indirizzar tad-domanda ta’ natura staġjonali billi, pereżempju, tinkoraġġixxi l-iskambji ta’ turiżmu volontarju bejn pajjiżi tal-UE, speċjalment matul l-istaġun b'domanda baxxa;
    • il-promozzjoni tad-diversifikazzjoni fis-servizzi turistiċi partikolarment billi jsir fokus aħjar fuq u l-promozzjoni tas-servizzi tal-wirt komuni tal-UE, kif ukoll billi jiġi integrat il-wirt “naturali” fi strateġiji turistiċi;
    • il-konsolidazzjoni ta’ data soċjo-ekonomika dwar it-turiżmu fuq livell tal-UE.
  1. L-iżvilupp ta’ turiżmu sostenibbli, responsabbli u ta’ kwalità għolja permezz ta’:
    • l-iżvilupp ta’ sistema ta’ indikaturi għall-ġestjoni sostenibbli tad-destinazzjonijiet; dan jista' jkun bil-għan li tiġi żviluppata tikketta għall-promozzjoni tad-destinazzjonijiet turistiċi sostenibbli;
    • l-organizzazzjoni ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni biex jinformaw aħjar lit-turisti dwar id-destinazzjonijiet;
    • l-esplorar tal-potenzjal ta’ Tikketta ta’ “Turiżmu ta’ Kwalità”, għall-premjazzjoni tat-titjib li jżidu s-sigurtà u l-fiduċja tal-konsumaturi;
    • il-faċilitazzjoni tal-identifikazzjoni tar-riskji tat-tibdil fil-klima biex l-industrija tat-turiżmu Ewropea tkun protetta milli tagħmel investiment ħżiena u t-tħeġġiġ biex tesplora servizzi ta’ turiżmu alternattivi;
    • il-proposta ta’ Karta tat-turiżmu sostenibbli u responsabbli;
    • il-proposta ta’ strateġija għal turiżmu kostali u marittimu sostenibbli;
    • l-istabbiliment jew it-tisħiħ tal-kooperazzjoni tal-UE ma’ ekonomiji emerġenti u ma’ pajjiżi tal-Mediterran għall-promozzjoni ta’ mudelli ta’ żvilupp ta’ turiżmu sostenibbli u responsabbli u l-iskambju tal-aħjar prattiċi.
  1. Il-konsolidazzjoni tal-immaġni u tal-viżibilità tal-UE bħala grupp ta’ destinazzjoniiet sostenibbli ta’ kwalità għolja billi:
    • jiġi appoġġat il-ħolqien ta’ “marka tal-Ewropa”, b’kooperazzjoni mill-qrib ma’ pajjiżi tal-UE, li jikkumplimentaw l-isforzi ta’ promozzjoni tagħhom, biex b’hekk destinazzjonijijet Ewropej ikollhom prominenza meta mqabbla ma’ destinazzjonijiet turistiċi internazzjonali oħra;
    • il-promozzjoni tal-Ewropa bħala destinazzjoni turistika sostenibbli u ta’ kwalità għolja permezz tal-websajt ”visiteurope.com”, f’avvenimenti internazzjonali kbar jew fil-fieri u esibizzjonijiet turistiċi kbar, kif ukoll f'inizjattivi bħall-Jiem Ewropew tat-Turiżmu u l-Forum Ewropew tat-Turiżmu;
    • it-tisħiħ tal-parteċipazzjoni tal-UE f’entitajiet internazzjonali.
  1. Il-massimizzazzjoni tal-potenzjal ta’ politiki tal-UE u l-finanzjament għall-iżvilupp tat-turiżmu permezz ta’:

SFOND

L-Artikolu 195 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jagħti s-setgħa lill-UE biex tappoġġa, tikkoordina u tikkumplimenta l-azzjonijiet tal-pajjiżi tal-UE fis-settur turistiku.

Għal aktar informazzjoni, ara wkoll:

DOKUMENT EWLIENI

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - L-Ewropa, l-ewwel destinazzjoni turistika fid-dinja - qafas politiku ġdid għat-turiżmu Ewropew (COM(2010) 352 final, )

l-aħħar aġġornament