Il-politika tal-UE dwar l-ambjent

Il-politika tal-Unjoni Ewropea (UE) dwar l-ambjent, ibbażata fuq l-Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandha l-għan li tippreserva, tipproteġi u ttejjeb il-kwalità tal-ambjent u li tipproteġi s-saħħa tal-bniedem. Din tiffoka wkoll fuq l-użu għaqli u razzjonali tar-riżorsi naturali u tikkontribwixxi għall-promozzjoni, fuq livell internazzjonali, ta’ miżuri maħsuba biex jiġġieldu l-problemi ambjentali reġjonali jew globali, bħat-tibdil fil-klima u t-telfien tal-bijodiversità. Din hija bbażata fuq l-azzjoni prekawzjonarja u preventiva, il-korrezzjoni fis-sors u l-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas.

L-azzjoni fl-oqsma tal-politika dwar l-ambjent, bħat-tniġġis tal-arja u tal-ilma, il-protezzjoni u r-restawr tan-natura, l-immaniġġjar tal-iskart u t-tibdil fil-klima taqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tal-UE. Madanakollu, il-prinċipju tas-sussidjarjetà jillimita l-ambitu tal-azzjoni tal-UE fir-rigward ta’ affarijiet relatati mat-taxxa, il-ġestjoni tat-territorju u l-użu tal-art, flimkien mal-ġestjoni kwantitattiva tar-riżorsi tal-ilma.

Il-politiki tal-ambjent tal-UE huma mfassla biex iħaffu t-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli, innovattiva u ċirkolari fejn il-bijodiversità tiġi protetta, stmata u rrestawrata u r-riskji għas-saħħa relatati mal-ambjent jiġu minimizzati. Dawn għandhom l-għan li jsaħħu r-reżiljenza tal-UE u li jiddiżakkoppjaw it-tkabbir mill-użu tar-riżorsi.

F’Diċembru 2019, il-Kummissjoni Ewropea adottat il-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-pjan direzzjonali tagħha biex tindirizza t-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali. Il-pjan direzzjonali għandu l-mira li jittrasforma l-UE f’ekonomija moderna, effiċjenti fir-riżorsi u kompetittiva billi:

It-tmien programm ta’ azzjoni ambjentali (2022) jiggwida t-tfassil tal-politika tal-ambjent u l-klima u l-implimentazzjoni tagħha sal-2030.

ARA WKOLL