Kif emendat mid-Direttiva (UE) 2019/1161, id-direttiva tapplika għal kuntratti għall-akkwist ta’ ċertu vetturi ta’ trasport fit-toroq (karozzi, vannijiet, trakkijiet u karozzi tal-linja) u servizzi, minn obbligazzjonijiet ta’ awtoritajiet kontraenti, entitajiet kontraenti u operaturi tas-servizz pubbliku taħt kuntratt ta’ servizz pubbliku.
Id-direttiva emendatorja estendiet l-applikazzjoni tad-direttiva ħalli issa tkopri l-akkwist permezz ta’:
Id-Direttiva Emendatorja (UE) 2019/1161introduċiet ukoll definizzjoni ġdida ta’ “vettura nadifa”1.
Id-Direttiva 2009/33/UE, kif emendata mid-Direttiva (UE) 2019/1161, tiffissa miri minimi għall-akkwist pubbliku ta’ vetturi ħfief (karozzi u vannijiet), trakkijiet u karozzi tal-linja għall-2025 u għall-2030. Fil-każ ta’ karozzi tal-linja, nofs il-miri jeħtieġ li jintlaħqu b’vetturi b’emissjonijiet żero (batterija elettrika jew karozzi tal-linja bl-idroġenu). Dawn il-miri huma stabbiliti fl-anness tar-regolament.
Għal kull Stat Membru, mira differenti ser tiġi ffisata għal vetturi ħfief, għal trakkijiet u għal karozzi tal-linja. Dawn il-miri huma kkalkulati bħala persentaġġ minimu ta’ vetturi nodfa fin-numru totali ta’ vetturi akkwistati permezz ta’ akkwist pubbliku f’kull Stat Membru fuq medda ta’ żewġ perijodi ta’ 5 snin: 2021–2025 u 2026–2030. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-miri jintlaħqu, imma għandhom il-flessibilità li jqassmu l-impenn madwar awtoritajiet kontraenti u entitajiet kontraenti differenti.
Il-Kummissjoni Ewropea tħeġġeġ il-kondiviżjoni tal-għarfien u tal-aħjar prassi bejn l-Istati Membri bl-għan li tippromwovi x-xiri ta’ vetturi tat-trasport tat-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija.
Għaddejjin diversi inizjattivi li jiżguraw li d-direttiva tiġi implimentata. Dawn jinkludu:
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni u hija assistita f’dan permezz ta’ kumitat iggvernat mir-regoli ta’ komitoloġija tal-UE.
Id-direttiva ilha tapplika milk- u kellha ssir liġi fl-Istati Membri sal-.
Il-bidliet introdotti mid-Direttiva Emendatorja (UE) 2019/1161, inkluż l-introduzzjoni ta’definizzjoni ta’ “vettura nadifa” u l-iffissar ta’ miri nazzjonali minimi għall-akkwist tagħhom ilhom japplikaw mit- , u saru liġi fl-Istati Membri sat-.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- dwar il-promozzjoni ta’ vetturi ta’ trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija (ĠU L 120, , pp. 5-12).
Emendi suċċessivi għad-Direttiva 2009/33/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha biss valur dokumentarju.
l-aħħar aġġornament