Strateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Roma: qafas komuni Ewropew

SOMMARJU TA’:

Komunikazzjoni dwar qafas tal-UE għall-Istrateġija Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma fl-2020 (KUMM(2011) 173 finali)

X’INHU L-GĦAN TAL-KOMUNIKAZZJONI?

Tistieden lill-pajjiżi tal-UE biex jadottaw strateġiji nazzjonali bil-għan li titjieb is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tar-Roma sal-2020.

PUNTI EWLENIN

Il-Kummissjoni Ewropea tippreżenta għanijiet komuni fir-rigward tal-inklużjoni tal-komunità tar-Roma li jikkumplimentaw l-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020.

Sabiex jitnaqqsu d-disparitajiet eżistenti mal-bqija tal-popolazzjoni, qabel l-aħħar tal-2011, il-pajjiżi tal-UE kellhom jipproponu strateġiji ta’ integrazzjoni jew pakketti ta’ miżuri politiċi bil-għan li jitjieb l-aċċess tar-Roma:

Valutazzjoni tal-istrateġiji

Fl-2012, il-Kummissjoni kellha twettaq valutazzjoni ta’ dawn l-istrateġiji u timmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom, permezz ta’ mekkaniżmu ta’ monitoraġġ li jinvolvi diversi gruppi. F’dan ir-rigward, kellha tippreżenta rapporti annwali ta’ monitoraġġ lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew.

Fl-aħħar nett, il-komunikazzjoni fittxet li tħeġġeġ riformi u ssaħħaħ il-Pjattaforma Ewropea għall-Inklużjoni tar-Roma.

L-implimentazzjoni ta’ strateġiji nazzjonali

Kellhom jiġu stabbiliti objettivi nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Roma, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet, il-limitazzjonijiet u s-sitwazzjonijiet diversi f’kull pajjiż tal-UE.

L-istrateġiji ta’ integrazzjoni kellhom jitħejjew bl-involviment tal-partijiet ikkonċernati, b’mod partikolari l-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-soċjetà ċivili u rappreżentanti tar-Roma.

F’kull pajjiż tal-UE kellu jinħoloq punt uniku ta’ kuntatt nazzjonali għall-monitoraġġ tal-azzjonijiet.

Finanzjar

Is-sorsi ta’ finanzjament għall-istrateġiji nazzjonali kellhom jiġu identifikati b’mod ċar. Dan il-finanzjament jista’ jiġi mill-baġits nazzjonali, minn fondi strutturali jew minn finanzjament ieħor tal-UE (bħall-Istrument ta’ Mikrofinanzjament Progress jew l-inizjattiva Ewropea favur l-Innovazzjoni Soċjali) jew minn għotjiet internazzjonali.

Tkabbir tal-UE

L-għanijiet Ewropej għall-integrazzjoni tar-Roma japplikaw għall-pajjiżi kkonċernati mill-politika dwar it-tkabbir tal-UE. Il-Kummissjoni tintrabat li tappoġġja l-isforzi ta’ dawk il-pajjiżi, inkluż billi żżid il-finanzjament disponibbli.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni timmonitorja l-progress ta’ kull pajjiż u tippreżentah fir-rapporti annwali dwar it-tkabbir.

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill

Fl-2013, il-Kunsill adotta rakkomandazzjoni dwar miżuri effettivi għall-integrazzjoni tar-Roma. Din kienet tkopri azzjonijiet biex tissaħħaħ l-integrazzjoni tar-Rom f’dawn l-oqsma:

Indirizzat ukoll kwistjonijiet bħalma huma:

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma fl-2020 (KUMM(2011) 173 finali, )

l-aħħar aġġornament