Esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT

Regolament (KE) Nru 116/2009 dwar l-esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Sabiex jipproteġi oġġetti kulturali Ewropej, dan ifittex li jiżgura li l-kontrolli uniformi jitwettqu meta ssir l-esportazzjoni tagħhom barra mit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea (UE) bl-għajnuna ta’ liċenzji tal-esportazzjoni.

PUNTI EWLENIN

Ir-Regolament jipprovdi regoli għall-esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali bl-għan li jiġu protetti. Dan jiżgura li l-kontrolli uniformi jsiru fuq dawn l-esportazzjonijiet fil-fruntieri esterni tal-UE. Il-kategoriji ta’ oġġetti kulturali li għalihom japplika r-Regolament huma elenkati fl-Anness I tiegħu.

Liċenzja tal-esportazzjoni

Implimentazzjoni

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ir-Regolament (UE) Nru 116/2009 huwa l-verżjoni kodifikata tal-att oriġinali (ir-Regolament (KEE) Nru 3911/92), u l-emendi sussegwenti tiegħu. Dan ilu japplika mit-2 ta’ Marzu 2009.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar l-esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali (verżjoni kodifikata) (ĠU L 39, 10.2.2009, pp. 1-7)

DOKUMENTI RELATATI

Lista ta’ awtoritajiet li għandhom is-setgħa joħorġu liċenzji ta’ esportazzjoni għal oġġetti kulturali, ippubblikata skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/2009 (ĠU C 164, 16.7.2009, pp. 6-20)

Lista ta’ uffiċċji doganali li għandhom is-setgħa jimmaniġġjaw il-formalitajiet tal-esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali, ippubblikata skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 116/2009 (ĠU C 134, 13.6.2009, pp. 9-13)

l-aħħar aġġornament 20.02.2017