Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Maħluq fl-1992 taħt it-Trattat ta’ Maastricht, u stabbilit fl-1994, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (magħruf ukoll bħala l-Kumitat tar-Reġjuni KtR) huwa assemblea politika li tirrappreżenta l-awtoritajiet lokali u reġjonali madwar l-UE.

Filwaqt li jaġixxi f’kapaċità konsultattiva, il-KtR jassisti lill-Parlament, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar ċerti suġġetti li jaffettwaw l-interessi lokali jew reġjonali (l-Artikolu 307 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE)). Il-KtR għandu jiġi kkonsultat fl-oqsma li ġejjin:

Il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni jistgħu jikkonsultaw ukoll lill-KtR dwar kwalunkwe kwistjoni oħra li jqisu xierqa, u l-KtR jista’ jfassal opinjonijiet fuq inizjattiva tiegħu stess.

Il-membri tal-KtR huma rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta (l-Artikolu 300 tat-TFEU). In-numru massimu ta’ membri tal-KtR huwa ta’ 350 u l-Kunsill tal-UE jaħtarhom għal terminu ta’ 5 snin f’konformità mal-proposti magħmula minn kull pajjiż tal-UE (l-Artikolu 305 tat-TFUE).

Il-KtR għandu wkoll id-dritt li jressaq azzjonijiet legali quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’żewġ istanzi:

ARA WKOLL