Artikolu 101 tat-TFUE
L-Artikolu 101(3) TFUE jippermetti lill-Kummissjoni li tadotta regolament li jiddikjara li ċertu akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma* huma eżenti mill-Artikolu 101(1) TFUE, li jipprojbixxi akkordji u prattiċi miftiehma bejn kumpaniji u gruppi ta’ kumpaniji li jista’ jaffettwaw l-kummerċ bejn Stati Membri u li l-għan tagħhom ikun li jipprevjeni, jillimita jew joħloq distorsjoni fis-suq interntal-UE.
Il-Kummissjoni tista’, b’mod partikolari, tadotta tali regolament għal eżenzjoni ta’ kategorija relatat ma’ akkordji, deċiżjonijiet jew prattiċi miftiehma li jikkonċernaw dawn li ġejjin:
Ċirkustanzi li jinbidlu
Fejn iċ-ċirkustanzi li jikkonċernaw kwalunkwe wieħed mill-fatturi li xprunaw l-adozzjoni jinbidlu, l-att jista’ jitħassar jew jiġi emendat. F’dan il-każ jeħtieġ li jkun hemm perijodu tranżitorju biex jiġu emendati l-akkordji u l-prattiċi miftiehma fejn ir-regolament preċedenti kien japplika qabel ma tħassar jew qabel ma ġie emendat.
Tul limitat
Kwalunkwe tali regolament dwar eżenzjoni ta’ kategorija jiġi adottat għal perijodu speċifiku u japplika retroattivament għal akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li kienu jeżistu fid-data meta r-regolament daħal fis-seħħ.
Informazzjoni u konsultazzjoni
Qabel l-adozzjoni ta’ regolament dwar l-eżenzjoni ta’ kategorija, il-Kummissjoni għandha tippubblika abbozz tar-regolament propost u tistieden lill-persuni u lill-organizzazzjonijiet ikkonċernati kollha biex jissottomettu l-kummenti tagħhom fi żmien raġonevoli. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-prattiċi restrittivi u l-pożizzjonijiet dominanti skont ir-Regolament (KE) Nru 1/2003, darba qabel il-pubblikazzjoni ta’ regolament abbozz, u darb’oħra wara l-konsultazzjoni pubblika qabel tadotta r-regolament (ara s-sommarju).
Dan ilu japplika mill-1 ta’ Lulju 2009. Ir-Regolament (KE) Nru 487/2009 jikkodifika u jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 3976/87.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Ir-Regolament tal-Kummissjoni(UE) Nru 487/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċertu kategoriji ta’ akkordji u prattiċi miftiehma fis-setter tat-trasport bl-ajru (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 148, 11.6.2013, pp. 1-4).
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — It-Tielet Parti — Politika u azzjonijiet interni tal-Unjoni — Titolu VII — Regoli komuni fuq il-kompetizzjoni, fuq it-tassazzjoni u l-approssimazzjoni tal-liġijiet — Kapitolu 1 — Regoli li jirregolaw il-kompetizzjoni — Taqsima 1 — Regoli li japplikaw għal impriżi — l-Artikolu 101 (ex Artikolu 81 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 88–89).
Ir-Regolament (KE) Nru 80/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar il-Kodiċi ta’ Kondotta għas-sistemi ta’ riżervazzjoni kompjuterizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2299/89 (ĠU L 35, 4.2.2009, pp. 47–55).
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, pp. 1-25).
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1/2003 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 tat-18 ta’ Jannar 1993 dwar regoli komuni fuq l-allokazzjoni ta’ slots f’ajruporti tal-Komunità (ĠU L 14, 22.1.1993, pp. 1–6).
Ara l-verżjoni konsolidata.
l-aħħar aġġornament 08.12.2021