It-trattament mediku abbord il-bastimenti

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 92/29/KEE dwar ħtiġiet minimi ta’ sigurtà u ta’ saħħa għal trattament mediku mtejjeb abbord bastimenti

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Għandha l-għan li tiżgura li jkun hemm fis-seħħ sistemi minimi ta’ sigurtà u ta’ saħħa sabiex jittejjeb it-trattament mediku abbord il-bastimenti.

IL-PUNTI EWLENIN

Kull Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (UE), għandu jiżgura li l-bastimenti rreġistrati f’dak il-pajjiż, jew li jtajru l-bandiera tiegħu, iġorru provvisti mediċi. Ir-rekwiżiti dettaljati jiddependu fuq il-kategorija tal-bastiment u d-dettalji elenkati fl-annessi tad-direttiva. Barra minn hekk:

Kwalunkwe bastiment li jittrasporta sustanzi perikolużi għandu jġorr l-antidoti xierqa. Fi kwalunkwe każ, il-laneċ għandhom iġorru minimu ta’ antidoti (kif spjegat fl-Anness II) minħabba l-fatt li jista’ ma jkunx magħruf minn qabel li se jiġu ttrasportati sustanzi perikolużi, sakemm il-qsim regolari ma jdumx inqas minn sagħtejn. L-antidoti u l-provvisti mediċi kollha disponibbli għandhom jitniżżlu fid-dettall fuq lista ta’ kontroll.

Obbligi oħra

Il-konsultazzjonijiet mediċi bir-radju

L-Istati Membri għandhom jaħtru ċentri sabiex jipprovdu lill-ħaddiema b’pariri mediċi bir-radju bla ħlas, inkluż minn tobba mħarrġin fil-kundizzjonijiet speċjali prevalenti abbord il-vapur.

L-ispezzjonijiet annwali

L-Istati Membri jridu jiżguraw li jitwettqu spezzjonijiet annwali sabiex jiġi vverifikat li l-provvisti mediċi jikkonformaw mad-direttiva.

L-atti delegati

Ir-Regolament (UE) 2019/1243 jemenda d-Direttiva 92/29/KEE li tagħti setgħat lill-Kummissjoni, mis- , li tadotta atti delegati sabiex tagħmel emendi strettament tekniċi għall-annessi tagħha sabiex tqis il-progress tekniku jew il-bidliet fir-regolamenti jew fl-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u sejbiet ġodda dwar it-trattament mediku abbord il-bastimenti.

L-emendi

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Id-Direttiva 92/29/KE ilha tapplika mill- u kellha ssir liġi fl-Istati Membri sal-.

L-ISFOND

Wara t-tifqigħa tal-COVID-19 u l-ħtieġa li jiġu introdotti miżuri sabiex jiġi indirizzat l-impatt tal-kriżi, il-Kummissjoni adottat linji gwida dwar il-protezzjoni tas-saħħa, ir-ripatrijazzjoni u l-arranġamenti tal-ivvjaġġar għall-baħħara, għall-passiġġieri u għal persuni oħra abbord il-vapuri.

Għal aktar informazzjoni, ara:

ID-DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/29/KEE tal- dwar ħtiġiet minimi ta’ sigurtà u ta’ saħħa għal trattament mediku mtejjeb abbord bastimenti (ĠU L 113, , pp. 19–36).

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 92/29/KEE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament