Din tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi tas-sigurtà u tas-saħħa għax-xogħol b’tagħmir li għandu display screen1 fl-Unjoni Ewropea (UE).
PUNTI EWLENIN
Kamp ta’ applikazzjoni
Id-direttiva fiha regoli li jissupplimentaw ir-regoli ġenerali li jinsabu fid-Direttiva 89/391/KEE dwar is-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ara s-sommarju).
Madankollu, ta’ min jinnota li din id-direttiva ma tapplikax għal:
kabini tas-sewwieqa jew kabini tal-kontroll għall-vetturi jew għall-makkinarju;
sistemi kompjuterizzati abbord mezz tat-trasport;
sistemi kompjuterizzati prinċipalment maħsuba għall-użu pubbliku;
sistemi portabbli, ħlief għall-użu fit-tul fi stazzjon tax-xogħol2;
kalkolaturi, cash registers u kwalunkwe tagħmir li jkollu display tal-informazzjoni jew tal-kejl żgħir meħtieġ għall-użu dirett tat-tagħmir;
typewriters ta’ disinn tradizzjonali magħrufin bħala “typewriters with window”.
Obbligi ta’ min iħaddem
Sabiex jiġu ssalvagwardjati s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema, min iħaddem huwa obbligat li:
iwettaq analiżi tal-istazzjonijiet tax-xogħol sabiex jiġu evalwati l-kundizzjonijiet tas-sigurtà u tas-saħħa, u jieħu miżuri xierqa biex jirrimedja għar-riskji misjuba u jġibhom f’konformità mar-rekwiżiti tad-direttiva;
jinforma lill-ħaddiema dwar it-taħriġ u jipprovdi taħriġ dwar il-miżuri kollha konnessi mas-saħħa u s-sigurtà tagħhom, u relatati mal-istazzjon tax-xogħol tagħhom.
Barra minn hekk, irid jippjana l-attivitajiet tal-ħaddiema b’tali mod li x-xogħol ta’ kuljum fuq it-tagħmir li għandu display screen jiġi interrott perjodikament permezz ta’ pawżi jew bidliet fl-attività.
Irid jipprovdi lill-ħaddiema b’taħriġ rigward l-użu tal-istazzjon tax-xogħol qabel ma jibdew dan it-tip ta’ xogħol, u kull meta jkun hemm bidla sostanzjali li ssir fl-organizzazzjoni tal-istazzjon tax-xogħol.
Protezzjoni tal-għajnejn u tal-vista tal-ħaddiema
Il-ħaddiema huma intitolati għal test tal-għajnejn u tal-vista qabel ma jibdew ix-xogħol tagħhom fuq display screen, u mill-ġdid f’intervalli regolari matul l-attivitajiet tagħhom u jekk jesperjenzaw diffikultajiet fil-vista.
Jekk ikun meħtieġ u jekk ma jkunx jista’ jintuża apparat korrettiv normali, il-ħaddiema jridu jiġu pprovduti b’tagħmir korrettiv speċjali xieraq għax-xogħol ikkonċernat, mingħajr ħlas.
Il-Kummissjoni Ewropea għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 10a tar-Regolament (UE) 2019/1243, sabiex tagħmel emendi strettament tekniċi għall-Anness, ħalli jittieħed kont tal-progress tekniku, l-iżviluppi fir-regolamenti jew fl-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u l-għarfien fil-qasam tat-tagħmir li għandu display screen.
Tagħmir li għandu display screen. Display screen alfanumeriku jew grafiku, ikun xi jkun il-proċess ta’ display impjegat.
Stazzjon tax-xogħol. Assemblaġġ li jinkludi tagħmir li għandu display screen, li jista’ jiġi pprovdut b’tastiera jew b’apparat tal-input u/jew b’software li jiddetermina l-interfaċċja bejn l-operatur u l-makkinarju, aċċessorji fakoltattivi, tagħmir periferali li jinkludi drive tad-diskette, telefon, modem, printer, għodda li żżomm id-dokumenti, siġġu tax-xogħol u bank jew wiċċ tax-xogħol, u l-ambjent immedjat tal-post tax-xogħol.
DOKUMENT EWLIENI
Id-Direttiva tal-Kunsill 90/270/KEE tad- dwar il-ħtiġijiet minimi ta’ saħħa u sigurtà għax-xogħol b’tagħmir li għandu display screen (il-ħames Direttiva individwali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 156, , pp. 14–18).
Emendi suċċessivi għad-Direttiva 90/270/KEE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha biss valur dokumentarju.
DOKUMENTI RELATATI
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – qafas strateġiku tal-UE dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol 2021-2027 – is-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali għal dinja tax-xogħol li qed tinbidel (COM(2021) 323 final, ).
Id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat- dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU L 183, , pp. 1–8).