L-Aġenzija tal-UE għas-Sigurtà u Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol
SOMMARJU TAD-DOKUMENT:
Regolament (KE) Nru 2062/94 — L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol
X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?
Jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol biex tipprovdi informazzjoni teknika, xjentifika u ekonomika lill-korpi tal-UE, lill-pajjiżi tal-UE u lill-partijiet interessati f’dan il-qasam.
PUNTI EWLENIN
Rwol
L-irwol tal-Aġenzija jinkludi:
-
l-ġbir u l-analiżi teknika, xjentifika u ekonomika ta’ informazzjoni dwar:
-
is-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol fil-pajjiżi tal-UE u jgħaddiha lill-korpi tal-UE, lill-pajjiżi oħrajn tal-UE u lill-partijiet interessati
-
informazzjoni dwar riċerka fis-sigurtà u saħħa fuq il-post tax-xogħol u t-tixrid tar-riżultati ta’ din ir-riċerka
-
tipprovdi informazzjoni teknika, xjentifika u ekonomika dwar metodi u għodod għall-implimentazzjoni ta’ attivitajiet ta’ prevenzjoni, speċjalment għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, u tidentifika prattiki tajbin.
-
tippromwovi u tappoġġja l-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni u l-esperjenza fost il-pajjiżi tal-UE, inkluż informazzjoni dwar programmi ta’ taħriġ
-
tikkoordina netwerk ta’ informazzjoni b’kooperazzjoni mal-pajjiżi tal-UE, li jinkludu korpi nazzjonali, tal-UE (bħall-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol) u internazzjonali u organizzazzjonijiet li jipprovdu dawn it-tipi ta’ informazzjoni u servizzi;
-
tiġbor u tagħmel disponibbli informazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà u saħħa minn u lejn pajjiżi mhux tal-UE u organizzazzjonijiet internazzjonali inkluż l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), l-Organizzazzjoni Pan-Amerikana tas-Saħħa (PAHO), l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI).
Struttura
-
Struttura tat-tmexxija u tal-ġestjoni magħmula minn Bord ta’ Tmexxija, Bureau u minn Direttur.
-
Il-Bord ta’ Tmexxija hu magħmul minn:
-
membru 1 li jirrappreżenta l-gvern ta’ kull pajjiż tal-UE,
-
membru 1 li jirrappreżenta l-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi minn kull pajjiż tal-UE,
-
membru 1 li jirrappreżenta l-organizzazzjonijiet tal-impjegati minn kull pajjiż tal-UE,
-
3 membri li jirrappreżentaw il-Kummissjoni Ewropea.
-
Il-kwartieri ġenerali tal-Aġenzija huma f’Bilbao, Spanja.
Strateġija
L-Aġenzija tipproduċi dokumenti ta’ programmi annwali abbażi ta’ strateġija korporattiva ta’ 6 snin. L-istrateġija 2014-20 għandha 6 oqsma ta’ prijorità b’enfasi fuq in-netwerking u hija koerenti mal-Qafas Strateġiku tal-UE dwar is-Saħħa u s-Sikurezza Okkupazzjonali (OSH) 2014-2020.
META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?
Dan ilu japplika mid-9 ta’ Settembru 1994.
SFOND
L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol
DOKUMENT EWLIENI
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta’ Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1–7)
L-emendi u l-korrezzjonijiet suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 2062/94 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni kkonsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.
DOKUMENTI RELATATI
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsil, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Qafas Strateġiku tal-UE dwar is-Saħħa u s-Sikurezza Okkupazzjonali 2014-2020 (COM(2014) 332 finali tas-6.6.2014)
l-aħħar aġġornament 05.12.2016