B’segwitu għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew f’Liżbona fl-2000, din ir-rakkomandazzjoni għandha l-għan li tappoġġa l-moviment liberu fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ. Hija tappella lill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE) biex jieħdu l-passi meħtieġa sabiex iħeġġu l-mobbiltà tal-istudenti, l-għalliema u l-persunal li jħarreġ fi ħdan l-UE.
PUNTI EWLENIN
Ir-rakkomandazzjoni titlob lill-pajjiżi tal-UE biex jeliminaw l-ostakoli legali, amministrattivi, lingwistiċi u kulturali għall-persuni li:
qed jistudjaw jew qed isegwu taħriġ;
qed jagħmlu volontarjat; jew
qed jgħallmu jew jipprovdu taħriġ;
f’pajjiż ieħor tal-UE.
Fost il-kwistjonijiet, l-għanijiet u s-suġġerimenti li tressqu hemm:
l-għan li wieħed jitgħallem mill-inqas żewġ lingwi tal-UE, bi tħejjija lingwistika u kulturali qabel l-ivvjaġġar;
l-inkoraġġiment tas-sensibilizzazzjoni dwar iċ-ċittadinanza tal-UE fost iż-żgħażagħ, kif ukoll ir-rispett għad-differenzi;
l-aċċess faċli għall-informazzjoni dwar opportunitajiet f’pajjiżi oħra tal-UE;
l-appoġġ finanzjarju (għotjiet, boroż ta' studju, sussidji, self, eċċ.) li għandu jkun iffaċilitat u ssimplifikat;
l-assistenza fl-ispejjeż tat-trasport, l-akkommodazzjoni, l-ikel u l-aċċess għar-riżorsi kulturali fuq l-istess bażi bħaċ-ċittadini tal-pajjiż ospitanti; u
l-għarfien aħjar dwar id-drittijiet finanzjarji u l-kopertura tas-sigurtà soċjali.
Miżuri li jaffettwaw speċifikament lill-istudenti jew lil dawk li qed jitħarrġu
l-inkoraġġiment tal-istudenti biex iwettqu parti mill-istudji tagħhom f’pajjiż ieħor tal-UE u l-iffaċilitar tar-rikonoxximent akkademiku ta’ perjodi ta’ studju li saru bejn il-pajjiżi;
l-inkoraġġiment ta’ mudelli aktar ċari ta’ ċertifikati ta’ taħriġ, pereżempju billi jiġu pprovduti traduzzjonijiet u punti ta’ informazzjoni ċentralizzati;
li l-istudenti jitħallew juru b’mod aktar faċli li għandhom kopertura tas-saħħa jew riżorsi finanzjarji biex jiksbu permessi ta’ residenza; u
l-iffaċilitar tal-integrazzjoni u l-appoġġ lill-istudenti fi ħdan is-sistema tal-edukazzjoni tal-pajjiż ospitanti, kif ukoll l-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom f’pajjiżhom.
Miżuri li jaffettwaw lill-voluntiera
li jiġi żgurat li n-natura speċifika tal-attività volontarja tkun ikkunsidrata fi kwistjonijiet legali u amministrattivi;
il-promozzjoni tal-introduzzjoni ta’ ċertifikat ta’ parteċipazzjoni bil-għan ta’ format komuni tal-UE għall-applikazzjonijiet għal impjiegi; u
l-evitar tad-diskriminazzjoni kontra l-voluntiera fl-intitolament għall-protezzjoni soċjali.
Miżuri li jikkonċernaw lill-għalliema u dawk li jħarrġu
li jitqiesu l-problemi ffaċċjati fil-mobbiltà li jirriżultaw minn ċerta leġiżlazzjoni nazzjonali u l-inkoraġġiment tal-kooperazzjoni;
sostituzzjoni temporanja tal-għalliema u dawk li jħarrġu li jkunu fuq programm ta’ mobbiltà;
l-introduzzjoni ta’ perjodi ta’ taħriġ Ewropej biex jiffaċilitaw il-mobbiltà;
l-inkoraġġiment tad-dimensjoni Ewropea fil-professjoni permezz tal-kontenut tal-programmi ta’ taħriġ, u permezz ta’ kuntatti u skambji bejn l-istabbilimenti; u
il-promozzjoni ta’ esperjenza ta’ mobbiltà Ewropea bħala komponent tal-karriera.
Il-pajjiżi tal-UE huma mitluba jfasslu rapport kull sentejn dwar l-azzjoni meħuda bħala rispons għal dawn ir-rakkomandazzjonijiet.
SFOND
Ir-rakkomandazzjonijet deskritti oriġinarjament kienu japplikaw għall-programmi tal-UE bħal Socrates (edukazzjoni), Leonardo da Vinci (taħriġ vokazzjonali) u Żgħażagħ, li issa kollha huma parti mill-programm Erasmus+, u jikkomplementaw il-miżuri li issa jaqgħu taħt l-ET 2020 li jkopri l-kooperazzjoni fl-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja.
DOKUMENTI EWLENIN
Rakkomandazzjoni 2001/613/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar il-mobbiltà fil-Komunità għall-istudenti, persuni li qed jitħarrġu, voluntiera, għalliema u min iħarreġ (ĠU L 215, , pp. 30–37)
DOKUMENTI RELATATI
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat- — “Żgħażagħ f'Moviment” – il-promozzjoni tal-mobbiltà fit-tagħlim taż-żgħażagħ (ĠU C 199, , pp. 1–5)
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni: Żgħażagħ mobbli — Inizjattiva biex jinħareġ il-potenzjal taż-żgħażagħ biex jinkiseb it-tkabbir bil-għaqal, sostenibbli u inklużiv fl-Unjoni Ewropea (KUMM(2010) 477 finali, )
Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- dwar l-istabbiliment ta’ Sistema Ewropea ta’ Krediti għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET) (ĠU C 155, , pp. 11–18)
Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill fil--, dwar it-titjib tal-kwalità tal-edukazzjoni tal-għalliema (ĠU C 300, , pp. 6–9)
Deċiżjoni Nru 2241/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar qafas Komunitarju waħdieni għat-trasparenza tal-kwalifiki u tal-kompetenzi (Europass) (ĠU L 390, , pp. 6–20)