Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop)

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 – iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop)

SOMMARJU

Fl-Unjoni Ewropea (UE), madwar 75 miljun ruħ għandhom livelli baxxi ta’ kwalifiki, jew saħansitra ma għandhomx kwalifiki, sitwazzjoni li tpoġġi lil dawn in-nies fi probabbiltà 3 darbiet akbar minn dawk bi kwalifiki għoljin li jkunu bla xogħol.

Sabiex tgħinhom jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom u jsibu impjiegi, l-UE ħolqot aġenzija speċifika sabiex tappoġġja l-politiki ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali tal-UE u tgħin lill-pajjiżi tal-UE jdaħħluhom fil-prattika.

X’INHU L-GĦAN TA’ CEDEFOP?

L-għan ta’ Cedefop, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali, huwa li jappoġġja lill-Kummissjoni Ewropea (KE) fil-promozzjoni ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (ETV) u fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politika ta’ ETV komuni permezz tal-attivitajiet tekniċi u xjentifiċi tiegħu.

Cedefop jaħdem mill-qrib mal-KE, mal-pajjiżi tal-UE, ma’ dawk li jħaddmu u mat-trejdunjins, kif ukoll mar-riċerkaturi u l-prattikanti tal-ETV. Huwa jipprovdilhom informazzjoni aġġornata dwar l-iżviluppi fl-ETV, kif ukoll opportunitajiet ta’ dibattitu dwar il-politika.

PUNTI EWLENIN

Il-kompiti ewlenin tiegħu huma li

Xogħol

4 intestaturi ewlenin:

Netwerks

Cedefop jaħdem ma’ 2 netwerks ewlenin:

SFOND

Cedefop huwa waħda mill-aġenziji deċentralizzati tal-UE. Cedefop, li twaqqaf fl-1975, mexa minn Berlin għal Thessaloniki fl-1995.

Fl-2015, huwa ċċelebra l-anniversarju tal-40 sena kontribut għall-ETV fl-Ewropa u dak ta’ 20 sena li ilu bbażat fil-Greċja.

Għal aktar tagħrif, ara:

ATT

Ir-Regolament (KEE) Nru 337/75 tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (KEE) Nru 337/75

16.2.1975

-

ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1-4

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (KEE) Nru 1946/93

26.7.1993

-

ĠU L 181, 23.7.1993, p. 11-12

Ir-Regolament (KE) Nru 1131/94

1.9.1994

-

ĠU L 127, 19.5.1994, p. 1

Ir-Regolament (KE) Nru 251/95

1.3.1995

-

ĠU L 30, 9.2.1995, p. 1-2

Ir-Regolament (KE) Nru 354/95

1.1.1995

-

ĠU L 41, 23.2.1995, p. 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1655/2003

1.10.2003

-

ĠU L 245, 29.9.2003, p. 41-43

Ir-Regolament (KE) Nru 2051/2004

21.12.2004

-

ĠU L 355, 1.12.2004, p. 1-3

ATTI RELATATI

Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-evalwazzjoni esterna taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (COM(2008) 356 finali tat-13.6.2008)

l-aħħar aġġornament 30.09.2015