Stħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol
It-tfassil tal-politika tal-Unjoni Ewropea (UE) fil-qasam tal-impjiegi jiddependi ħafna fuq id-disponibbiltà ta’ statistika komparabbli, affidabbli u f’waqtha. L-Istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol tal-UE (UE-LFS) jipprovdi tagħrif dwar is-sitwazzjoni u x-xejriet fis-suq tax-xogħol tal-UE.
ATT
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta' Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ kampjun dwar il-forza tax-xogħol fil-Komunità.
SOMMARJU
X'JAGĦMEL DAN IR-REGOLAMENT?
Huwa jistabbilixxi metodoloġija armonizzata għall-ġbir ta’ statistika nazzjonali dwar il-parteċipazzjoni ta’ persuni minn 15-il sena ’il fuq fid-dinja tax-xogħol, kif ukoll dwar il-persuni li jinsabu barra mill-forza tax-xogħol. Huwa jistipula regoli u linji gwida dwar aspetti bħad-disinn, il-karatteristiċi, il-metodi u t-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-istħarriġ, bil-għan li jiġu żgurati riżultati komparabbli.
PUNTI EWLENIN
Kopertura
L-UE-LFS ikopri 33 pajjiż: It-28 pajjiż tal-UE, l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Iżvizzera, flimkien ma’ 2 pajjiżi kandidati (dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u t-Turkija). Dan huwa l-akbar stħarriġ kampjun dwar il-familji Ewropej (jiġifieri kampjun ta’ familji li jiġu mistħarrġa fuq firxa ta’ suġġetti bħall-ħajja tax-xogħol, is-sitwazzjoni tal-akkomodazzjoni, is-sitwazzjoni tad-dħul finanzjarju, is-saħħa, eċċ.).
Huwa jkopri liċ-ċittadini kollha li jgħixu fi djar privati (jiġifieri jeskludi l-isptarijiet, id-djar residenzjali fil-komunità, eċċ.).
It-twettiq tal-UE-LFS
L-istituti tal-istatistika nazzjonali tal-pajjiżi tal-UE huma responsabbli sabiex:
Dan isir skont skema ta’ kodifikazzjoni komuni stipulata fir-Regolament (KE) Nru. 377/2008.
L-Eurostat jipprovdi appoġġ lill-istituti tal-istatistika, jippromwovi kunċetti u metodi armonizzati u jxerred statistika nazzjonali u Ewropea komparabbli dwar is-suq tax-xogħol.
Ġbir ta' dejta
Il-ġbir tad-dejta mill-UE-LFS ikopri aspetti bħal:
Jistgħu jinġabru tipi differenti ta’ tagħrif, skont l-istatus tal-persuna mistħarrġa (jiġifieri impjegata, mingħajr impjieg jew barra mill-forza tax-xogħol, bħal żgħażagħ fl-edukazzjoni jew nisa b’responsabbiltajiet familjari).
Id-dejta tinġabar fuq bażi trimestrali u tinvolvi madwar 1.8 miljun intervista madwar l-Ewropa. Ir-rati tat-teħid tal-kampjuni fil-pajjiżi parteċipanti jvarjaw minn 0.2% sa 3.3%.
MINN META JAPPLIKA DAN IR-REGOLAMENT?
Mill-15 ta' Marzu 1998.
Għal aktar tagħrif, ara s-sit elettroniku tal-Eurostat.
REFERENZI
Att |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
Ir-Regolament (KE) Nru 577/98 |
15.3.1998 |
15.3.1998 |
Att(i) li jemenda(w) |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
Ir-Regolament (KE) Nru 1991/2002 |
10.11.2002 |
- |
|
Ir-Regolament (KE) Nru 2104/2002 |
19.12.2002 |
- |
|
Ir-Regolament (KE) Nru 2257/2003 |
12.1.2004 |
- |
|
Ir-Regolament (KE) Nru 1372/2007 |
23.12.2007 |
- |
|
Ir-Regolament (KE) Nru 596/2009 |
7.8.2009 |
- |
|
Ir-Regolament (KE) Nru 545/2014 |
18.6.2014 |
- |
L-emendi u l-korrezzjonijiet suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 577/98 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.
ATTI RELATATI
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 377/2008 tal-25 ta' April 2008 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ ta’ kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità fir-rigward tal-kodifikazzjoni li għandha tintuża għat-trażmissjoni ta’ data mill-2009 'il quddiem, u l-użu ta' subkampjun għall-ġbir ta’ data dwar il-varjabbli strutturali u d-definizzjoni tal-kwarti ta’ referenza (ĠU L 114 tas-26.4.2008, p. 57-84).
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 318/2013 tat-8 ta' April 2013 li jadotta l-programm ta’ moduli ad hoc , li jkopri s-snin mill-2016 sal-2018, għall-istħarriġ permezz ta’ kampjun dwar il-forza tax-xogħol previst mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (ĠU L 99 tad-9.4.2013, p. 11-12).
l-aħħar aġġornament 03.04.2015