Hija tistabbilixxi r-regoli minimi għall-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol għas-sewwieqa li jissupplimentaw ir-Regolament (KE) 561/2006, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-ħin tas-sewqan u l-perjodi ta’ mistrieħ tas-sewwieqa.
Ir-regoli tad-direttiva japplikaw għall-“ħaddiema mobbli” kollha fis-servizz ta’ negozju stabbilit f’pajjiż tal-UE biex iwettqu attivitajiet ta’ trasport bit-triq. Tapplika wkoll għal sewwieqa li jaħdmu għal rashom.
“Ħin tax-xogħol” jinkludi:
Ġimgħa tax-xogħol massima hija ta’ 48 siegħa; madankollu, din tista’ tiġi estiża għal 60 siegħa, diment li medja ta’ 48 siegħa fil-ġimgħa ma tinqabiżx fuq perjodu ta’ 4 xhur.
Is-sewwieqa ma għandhomx jaħdmu aktar minn 6 sigħat mingħajr waqfa. Tali waqfiet għandhom idumu għal mhux inqas minn 30 minuta meta sewwieq ikun jaħdem bejn 6 sa 9 sigħat f’jum.
Dan huwa addizzjonali għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) 561/2006, li jistabbilixxi limitu ta’ sewqan massimu ta’ 4.5 sigħat mingħajr waqfa jew mistrieħ.
Ir-regoli tar-Regolament (KE) 561/2006 dwar il-mistrieħ jinżammu minn din id-Direttiva. Is-sewwieqa għandhom jieħdu perjodi ta’ mistrieħ kuljum u kull ġimgħa.
Meta jinħadem xift bil-lejl, jistgħu jinħadmu massimu ta’ 10 sigħat fi kwalunkwe perjodu ta’ 24 siegħa.
Rapport tal-Kummissjoni tal-2014 analizza l-implimentazzjoni tad-Direttiva u tar-Regolament matul il-perjodu 2011-12. Huwa sab li kien hemm ċertu titjib fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni. Madankollu, in-nuqqas ta’ kompletezza u l-inkonsistenza tas-sottomissjonijiet tal-pajjiżi tal-UE impedew analiżi fil-fond tal-effett fuq is-sikurezza fit-toroq jew fuq is-saħħa u s-sikurezza tas-sewwieqa. Il Kummissjoni Ewropea rrimarkat li hija ser tniedi evalwazzjoni komprensiva tal-funzjonament tal-leġiżlazzjoni soċjali fit-trasport bit-triq.
Din ilha tapplika mit-. Din kellha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE sat-.
Proposta tal-Kummissjoni tal-2008 għall-modifika tad-Direttiva sabiex jiġu esklużi s-sewwieqa li jaħdmu għal rashom u sabiex jittejjeb l-infurzar tagħha ġiet irrifjutata mill-Parlament Ewropew. Għall-ewwel, id-Direttiva kienet tkopri biss il-ħaddiema mobbli li kienu impjegati minn kumpanija tat-trasport. Sa minn Marzu 2009, hija kienet tkopri lis-sewwieqa kollha li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar il-ħinijiet tas-sewqan, il-waqfiet u l-perjodi ta’ mistrieħ.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Id-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (ĠU L 80, , p. 35-39)
l-aħħar aġġornament