Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (COM(2010) 126 final) — Għajnuna umanitarja tal-ikel
Din il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tiddefinixxi il-qafas strateġiku li fih l-UE tipprovdi għajnuna tal-ikel fil-każ ta' kriżi umanitarja1.
Din hija ppreżentata flimkien ma' komunikazzjoni oħra tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà u l-iżvilupp tal-ikel.
L-għajnuna umanitarja tal-ikel tal-UE2 għandha l-għan li tiżgura li biżżejjed ikel sigur u nutrittiv jiġi kkunsmat qabel, waqt u wara kriżi umanitarja sabiex tipprevjeni l-mortalità, il-malnutrizzjoni akuta jew mekkaniżmi detrimentali ta' sopravvivenza (eż. fejn dawk vulnerabbli jbiegħu l-assi tagħhom jew jispiċċaw fid-dejn).
L-għanijiet speċifiċi huma:
Dawn jinkludu:
L-għażla tal-aktar rispons xieraq, inkluż mezzi ta' trasferiment (eż. flus jew le), hija bbażata fuq il-kuntest speċifiku u hija riveduta b'mod regolari.
Skont il-Kunsens Ewropew fuq l-Għajnuna Umanitarja, l-interventi f'ħidmiet ta' għajnuna umanitarja tal-ikel:
L-għajnuna umanitarja tal-ikel tal-UE ġeneralment tapplika meta:
Madankollu, l-għajnuna tal-ikel tista' tkun ipprovduta hekk kif tibda kriżi, u mhux meta jseħħu r-riskji estremi.
Normalment, l-għajnuna umanitarja tal-ikel m'għandhiex tintuża sabiex tindirizza nuqqas ta' sigurtà kronika tal-ikel3, sakemm:
In-nies għandu jkollhom aċċess għal ikel sigur u bbilanċjat tajjeb ta' kwantità biżżejjed u ta' kwalità suffiċjenti. It-tip tal-ikel propost għandu jkun, jekk hu possibbli, konformi ma' preferenzi lokali dijetetiċi.
Madwar 795 miljun persuna madwar id-dinja — jew madwar persuna waħda minn kull disgħa — huma bil-ġuħ, skont l-aħħar rapport dwar il-ġuħ tan-NU (L-Istat ta’ Nuqqas ta’ Sigurtà dwar l-Ikel fid-Dinja 2015). In-numru ta' pajjiżi Afrikani li jaffaċċjaw kriżijiet tal-ikel irdoppja minn 12 fl-1990 għal 24 fl-2015. Fl-2014, il-Kummissjoni waħedha pprovdiet €349 miljun f'fondi umanitarji għall-għajnuna tal-ikel.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar — Għajnuna Umanitarja tal-Ikel (COM(2010) 126 final tal-)
l-aħħar aġġornament